Wednesday, March 27, 2024

Malta b’wieħed mill-ogħla persentaġġi ta’ obeżità fl-Ewropa

Aqra wkoll

Malta hija fost wieħed mill-iktar tliet pajjiżi Ewropej b’persentaġġi għolja ta’ adulti obeżi. Fit-tielet post hemm l-Ingilterra. Dan ħareġ minn rapport ippubblikat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Il-WHO qalet li l-akkumulazzjoni ta’ piż żejjed qed jikkawża bosta mwiet madwar il-Kontinent Ewropew — madwar 1.2 miljun imwiet fis-sena. Skont il-WHO, sitta minn kull għaxar adulti madwar l-Ewropa għandhom piż żejjed jew huma obeżi, filwaqt li terz tat-tfal tal-iskola u 8% tat-tfal li għandhom inqas minn ħames snin għandhom ħxuna żejda.

Fattur ewlieni li wassal għal din iż-żieda, tgħid il-WHO, hija l-pandemija tal-Covid-19 minħabba li din kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif wasslet sabiex jitnaqqas l-eżerċizzju u ħolqot żieda fuq l-ikkunsmar ta’ ikel b’ħafna xaħmijiet, zokkor u mluħa. Dan għaliex kienu bosta dawk li matul dawn is-sentejn ta’ pandemija, irrikorrew għat-take-aways permezz tal-apps diġitali, u qattgħu iżjed ħin fuq il-midja soċjali u jilagħbu l-videogames.

Il-WHO ma naqsitx li tfakkar illi l-obeżità hija assoċjata ma’ mard bħad-dijabete (type 2 diabetes) u tal-inqas 13-il tip ta’ kanċer differenti, fost mard ieħor. Barra minn hekk, l-għaqda avżat li “Fl-Ewropa, l-obeżità x’aktarx li se tkun responsabbli għal madwar 200,000 każ ġdid ta’ kanċer kull sena u mistenni li din il-figura tiżdied fis-snin li ġejjin”. Hija kompliet tgħid li saħansitra, “Fi wħud mill-pajjiżi Ewropej, l-obeżità jista’ jkun li dalwaqt taqbeż lit-tipjip bħala wieħed mill-fatturi ewlenin li jwasslu għall-kanċer”.

Ekonomija

Sport