Wednesday, April 24, 2024

“Ninsab bla kliem… tlifna tifla sabiħa f’età daqshekk żgħira”

It-tfajla Amerikana li kienet magħrufa għal GIF tagħha tidħak tmut fl-età ta' 16-il sena

Aqra wkoll

Traġedja kbira fid-dinja tal-ispettaklu wara li ġiet ikkonfermata l-aħbar li t-tfajla Amerikana Kailia Posey mietet fl-età ta’ 16-il sena. Dawk li kkummentaw għal din l-aħbar qalu li hija kellha futur kbir fid-dinja tal-ispettaklu li kienet ilha timmilita fih għal dawn l-aħħar snin.

Fost affarijiet oħra, Kailia kienet saret wiċċ magħruf grazzi għal GIF li għamilha popolari fejn tidher qed tidħak meta kienet għadha tifla, liema GIF kien jintuża minn bosta nies li jużaw il-midja soċjali. 

L-aħbar tal-mewt tagħha ġiet ikkonfermata minn ommha, Marcy Posey Gatterman, fuq Facebook kmieni nhar it-Tnejn, f’post li kien jgħid: “Ninsab bla kliem. Tlifna tifla sabiħa f’età daqshekk żgħira.”

Żiedet tgħid: “Agħtuna ftit privatezza hekk kif qed nibku t-telfa ta’ Kailia… it-tarbija tiegħi għal dejjem.”

Nhar il-Ħadd, is-Sinjura Gatterman kienet ippubblikat ritratti ta’ Kailia b’libsa eleganti hekk kif attendiet il-prom.

Kailia kienet kompliet tikkompeti fil-pageants fejn reċentement kienet ikkompetiet f’Miss Washington Teen USA. Hija kienet għadha kemm għalqet 16-il sena fid-19 ta’ April.

Sport