Sunday, May 5, 2024

Mara feruta gravi waqt argument ma’ mara oħra f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-00.30a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ argument bejn żewġ nisa, waħda ta’ 47 sena residenti Birkirkara u oħra li ħarbet minn fuq il-post. Jidher li waqt l-argument intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport