Malta tinsab fil-quċċata, tal-indiċi ta’ rkupru mill-Covid-19. Dan l-indiċi ġie ppublikat minn Nikkei Asia, magażin finanzjarju bbażat f’Tokyo. Minn naħa l-oħra fl-aħħar post tal-istess indiċi, jiġifieri fil-121 post, hemm il-Filippini.
Pajjiżna rnexxielu jkollu l-ogħla punti minn lista twila ta’ pajjiżi, b’total ta’ 73 punt. L-indiċi huwa kkalkulat fuq disgħa kategoriji u kull waħda tirrapreżenta 10 punti. Fosthom hemm;
- L-immaniġjar tal-infezzjonijiet;
- L-ammont ta’ każi kkonfermati per capita;
- L-ammont ta’ dożi ta’ tilqim mogħtija per capita;
- L-ammont totali ta’ persuni mlaqqma u
- It-titjiriet.
Fit-tieni post hemm iċ-Ċili b’72 punt.