Saturday, December 28, 2024

Malta fost l-aktar li qed tara bookings mill-operatur turistiku FTI Group

Aqra wkoll

Malta hija fost l-aktar pajjiżi li qed tara bookings minn vjaġġaturi Ġermaniżi. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo hekk kif għamel aċċenn għal dak li qal id-Direttur Maniġerjali ta’ FTI Group, it-tielet l-akbar operatur ta’ tours fl-Ewropa, Ralph Schiller.

Schiller qal li l-operatur turistiku qed jara żieda ma’ kull jum li jgħadi f’dawk li huma bookings. Huwa żied jgħid li l-aktar destinazzjonijiet popolari attwalment huma l-Greċja, l-Italja, il-Gżejjer Canary,, il-Bulgarija u Malta.

Is-settur turistiku u l-industrija tal-ivvjaġġar kienu fost l-aktar li ntlaqtu ħażin kaġun tal-pandemija tal-coronavirus, bir-restrizzjonijiet imposti minn gvernijiet madwar id-dinja jwasslu biex operaturi ta’ lukandi u linji tal-ajru jesperjenzaw diffikultajiet ekonomiċi kbar. 

Ekonomija

Sport