Tuesday, December 24, 2024

Malta l-aktar pajjiż fid-dinja b’pakketti ta’ għajnuna biex tilqa’ għall-impatt tal-pandemija

Aqra wkoll

Bil-pandemija dinjija tal-Covid-19 mistennija li ssarraf fl-akbar riċessjoni ekonomika sa mit-tletinijiet, bosta pajjiżi niedew pakketti ta’ għajnuna biex jissalvagwardjaw l-impjiegi, innegozji u l-industriji, b’Malta tokkupa l-ewwel post f’dak li huwa nfiq f’għajnuna meta meħud f’perċentwal tal-Prodott Domestiku Gross (PDG).

Rapport preparat mill-Università ta’ Columbia juri li l-infiq ta’ Malta f’għajnuna lin-negozi u kumpaniji milqutin mill-pandemija jammonta għal madwar 22% tal-PDG, u jiżboq l-għajnuna mogħtija mill-gvernijiet tal-Ġappun (b’madwar 21% tal-PDG), tal-Lussemburgu u l-Belġju (madwar 19% tal-PDG), u l-Istati Uniti (taħt il-15% tal-PDG).

Ir-rapport b’referenza għal statistika maħruġa mill-Fond Monetarju Dinji jindika li mis-7 ta’ April, il-gvernijiet madwar id-dinja kienu approvaw f’aktar minn $4.5 triljuni f’miżuri ta’ emerġenza.

Intant f’kumment il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri saħaq li dan huwa ċertifikat ieħor li juri kemm il-Gvern qed jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi fl-interess nazzjonali.

Ekonomija

Sport