Sunday, November 24, 2024

Malta l-aqwa fl-Ewropa fl-eGovernment Ewropew

Aqra wkoll

Is-Servizz Pubbliku Malti reġa’ ġie ċċertifikat l-ewwel fl-Ewropa fuq servizzi ta’ eGovernment. Malta kisbet l-ewwel post b’riżultat ta’ 97%, li huwa punt perċentwal aqwa mis-sena li għaddiet. Din is-sena Malta baqgħet segwita mill-Estonja (92%) u mil-Lussemburgu (90%). Dan ħareġ mir-rapport ‘eGovernment Benchmark Reports 2024’ maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li fih janalizza servizzi governattivi online tal-pajjiżi kollha Ewropew matul is-sena li għaddiet.

Is-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post ta’ dan l-istudju b’riżultat ta’ 21% ogħla mill-medja tal-pajjiżi l-oħra.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Malti Tony Sultana qal li dan hu ċertifikat ieħor tal-livelli għolja tas-servizzi pubbliċi f’pajjiżna kif ukoll tal-ħiliet tal-uffiċjali pubbliċi Maltin. Huwa qal li kien għalhekk li fil-Public Service Expo24 ġiet diskussa t-tema tal-ħiliet ħalli dawn jibqgħu dejjem jevolvu flimkien mat-teknoloġija. “Riżultat bħal dan ma kienx ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni tal-uffiċjal pubbliku, u l-investiment li sar u li se jibqa’ jsir biex is-Servizz Pubbliku Malti jkollu dejjem l-aqwa għodda u ħiliet diġitali fi ħdanu.”

L-Unjoni Ewropea twettaq dan l-istudju kull sena biex tiddetermina kemm l-amministrazzjonijiet pubbliċi joffru s-servizzi tagħhom b’mod effettiv bl-użu ta’ għodod diġitali moderni u jiġi bbażat fuq erba’ binarji – “User Centricity, Trasparency, Key Enablers u Cross-Border Services.”

Sport