Friday, December 27, 2024

Malta megħluba bi skor kbir mill-Maċedonja

Aqra wkoll

F’partita ta’ ħbiberija, it-team nazzjonali Taħt il-21 sena safa megħlub mill-Maċedonja bl-iskor kbir ta’ 4-0, f’partita li l-avversarji ddominaw għall-ħinijiet twal, bil-goals għalihom jaslu tnejn f’kull taqsima.

Dan kien test li rriżulta bħala wieħed iktar diffiċli milli mistenni għall-Maltin li għalhekk f’xi waqtiet ipprovaw jiddettaw il-logħob tagħhom, sabuha diffiċli biex jinfiltarw lid-difiża avversarja.

Il-Maċedoni fetħu l-iskor permezz ta’ Hamza Ramani (10), qabel ma rduppjaw l-iskor minn Dimitar Todorovski (15), Huma skorjaw it-tielet goal minn Andrej Stojchevski (53), waqt li ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal minn Luan Abazi (86).

Malta lagħbet bdin il-formazzjoni:

23-Dylan Ciappara (12-Reeves Cini 63), 3-Owen Spiteri (16-Xylon Portelli 78), 4-James Vella, 5-Matthew Ellul, 7-Mattia Veselji, 8-Kurt Briffa (6-Karl Mohnani 46), 9-Jake Engerer (17-Gianluca Sciberras 63), 10-Andrea Zammit (2-Zean Leonardi 78), 13-Nikolai Micallef (14-Jed Valletta 78), 20-Kurt Bondin (18-Dale Mifsud 63), 21-Matthew Debattista (19-Nathan Agius 63) Coach: Francesco Macri

Ekonomija

Sport