Wednesday, December 25, 2024

Malta mfaħħra mill-Istati Uniti minħabba qbid ta’ €1.1 biljun fi flus foloz

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Istati Uniti faħħru lill-Gvern Malti minħabba l-qbid ta’ €1.1 biljun fi flus foloz Libjani stampati mill-Joint Stock Company Goznak – kumpanija tal-istat Russu – u li ġew ordnati minn entità illeġittima. 

Fi stqarrija mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan u anke fi Tweet li ppubblikat il-kelliema għad-Dipartiment, Morgan Ortagus jingħad li l-Bank Ċentrali tal-Libja li għandu l-kwartieri fi Tripli hu l-unika bank ċentrali Libjan leġittimu. Barra hekk, jingħad li l-influss ta’ flus foloz, stampati fir-Russja, wasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja fil-Libja tkompli tmur aktar għall-agħar. 

F’dan il-kuntest, l-Istati Uniti qalu li huma jibqgħu kommessi li jaħdmu mal-Ġnus Magħquda u imsieħba internazzjonali biex ifixklu attivitajiet illegali li jagħmlu ħsara lis-sovranità u lill-istabilità tal-Libja, u li huma inkonsistenti mar-reġim ta’ sanzjonijiet rikonoxxuti fuq livell internazzjonali. 

Ekonomija

Sport