Sunday, May 19, 2024

Trump “jinki” lil CNN wara li jisfaw vittma tal-irvellijiet li ddeskrivew bħala “ġusti u nobbli”

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump uppubblika messaġġ fuq Twitter biex jinki lill-aġenzija tal-aħbarijiet CNN, hekk kif il-kwartieri tal-kumpanija f’Atlanta sfat fil-mira ta’ attakki mid-dimostranti li niżlu fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-mewt ta’ George floyd.

Trump għamel retweet ta’ messaġġ li kien jgħid li CNN sfat vittma tal-istess dimostrazzjonijiet li hija sejħet bħala nobbli u ġusti.

Il-messaġġ li tiegħu għamel retweet Trump kien jinkludi filmat li juri mijiet ta’ dimostranti li saħansitra kienu anke qed jgħajru proprju lill-President Amerikan.

Sport