Thursday, October 2, 2025

Malta Premier League (8): Floriana v Hibernians fl-aqwa partita

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Mil-lum sa nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tmien ġurnata tal-Malta Premier League, bl-aktar partita attraenti tkun bejn il-leaders Floriana kontra Hibernians.

Dan il-programm se jkun qabel Malta tilgħab kontra l-Olanda liema partita hija valida mill-Fażi tal-Gruppi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026.

Barra minn hekk, dan il-programm huwa l-ħames wieħed fi spazju ta’ 19-il ġurnata u wieħed jistaqsi kemm il-players Maltin se jkunu kapaċi jirreżistu l- għejja fiżika u mentali meta jaffrontaw lill-ġganti Olan­diżi, fid-9 ta’ dan ix-xahar.

Fil-passat, kull darba li Malta lagħbet partiti internazzjonali, il-programm tal-ġimgħa ta’ qabel kien jinqabeż.

Intant, logħba oħra inte­ressanti hija dik bejn Sliema Wanderers u Hamrun Spartans.

Teżisti possibbiltá li Valletta jistgħu jitilgħu fl-ewwel post jekk huma jegħ­lbu lil Naxxar Lions u Hibernians v Floriana u Sliema v Hamrun jintemmu fi draws.

Birkirkara u Marsaxlokk, li jinsabu f’nofs il-klassifika, għandhom partita delikata kontra Zabbar St Patrick u Tarxien Rainbows rispettivament.

Il-konfront bejn Mosta u Gzira United huwa wieħed dirett bejn it-timijiet fl-aħ­ħar postijiet tal-klassifika.

Hibernians v Floriana – Hibernians jiltaqgħu kontra Floriana fejn jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Hamrun Spartans.

Rebħa għalihom hija prio­ritá minħabba li rebħa għal Floriana tkun tfisser li jaqgħu lura b’sitt punti.

Filwaqt li l-Pawlisti ma jistgħux jinkludu lis-sospiż Pedro Augusto Cacho Alves Da Silva, jirritorna għalihom Pedro Henrique Nu­nes Silva minn sospensjoni.

Għal Floriana jirritorna Mattia Veselji wara li jkun skonta t-tielet sos­pensjoni

Sliema W. v Hamrun S. – Sliema Wanderers iridu jinsew l-umiljazzjoni ta’ 4-0 kontra Naxxar Lions hekk kif jiffaċċjaw lil Hamrun Spartans li jkunu għadhom kif ġew mill-Polonja, hekk kif proprju llum jilagħbu kontra Jagiellonia Bialystok fl-ewwel partita tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Con­ference League.

Il-Wanderers jittamaw li japprofittaw mill-għejja u l- vjaġġ strapazzuż tal-Ispartans.

Il-Wanderers se jkunu mingħajr il-goalkeeper, Ra­shed Al Tumi, li jibda sospensjoni ta’ tliet partiti.

Naxxar L. v Valletta – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li ġejjin minn rebħa fl-aħħar ħarġa tagħhom – Naxxar Lions fuq Sliema Wanderers (4-0) u Valletta fuq Tarxien Rainbows (2-1).

Valletta jibdew favoriti iżda jridu juru rispett massimu lejn in-Naxxarin li jimmiraw li jkomplu jibnu fuq din l-ewwel rebħa.

Zabbar SP v Birkirkara – Zabbar St Patrick huma konxji mill-fatt li rebħa fuq Birkikrara tkun tfisser li ji­tilgħu punt taħthom bit-tama li jisfidaw għat-Top 6 hekk kif ikun fadal tliet partiti biss għal din il-fażi.

Min-naħa ta’ Birkirkara, dawn ġejjin minn draw ta’ mingħajr goals kontra Mar­saxlokk u għaldaqstant iridu jgħollu l-logħba tagħ­hom jekk iridu jispiċċaw mal-ewwel sitta.

Tarxien R. v Marsaxlokk – Dan huma konfront bejn żewġ timijiet li ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar tliet partiti u li fihom sofrew żewġ telfiet u kisbu draw wieħed.

It-tnejn jinsabu fil-bżonn tal-punti għal raġunijiet ovvji … Marsaxlokk biex jispiċċaw fit-Top 6 filwaqt li Tar­xien Rainbows biex iżo­m­mu posthom fl-ogħla diviżjon.

Mosta v Gzira U. – Mosta, li jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar jiffaċċjaw lil Gzira United li jinsabu fil-qiegħ tal-klassika u huma l-uniku team mingħajr rebħa.

Il-Maroons se jilagħbu taħt il-gwida tal-coach, Darren Abdilla, b’din tkun ir-raba’ avventura tiegħu mal-club wara li nhar it- Tnejn irriżenja Clive Mizzi.

Min-naħa ta’ Mosta, telfa tagħtihom direzzjoni lejn katastrofi jekk itemmu mal-aħħar tnejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport