Wednesday, September 17, 2025

Malta Premier League: Marsaxlokk jitilgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……..2

Gzira United ……0

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fl-ewwel taqsima biex telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika filwaqt li l-Maroons jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar b’żewġ punti biss.

Gzira United kellhom lill-coach, Clive Mizzi, sospiż wara li rċieva total ta’ żewġ karti sofor fl-ewwel tliet partiti tal-kampjonat.

Kien biss fid-19-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni min-naħa ta’ Marsaxlokk iżda x-xutt ta’ Redon Mihana ġie salvat mill-goalkeeper, Edoardo Colombo. Żewg minuti biss wara Jorge Ailton Soares kellu xutt mill-ewwel mill-viċin jgħaddi ftit għoli.

B’azzjoni wara l-oħra finalment Marsaxlokk bl-aktar mod meritat fetħu l-iskor, fis-36 minuta, permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħitha u preċiża mill-viċin ta’ WEDER SOARES DA SILVA li ma tat l-ebda ċans lil Colombo jsalva.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, huma rduppjaw  meta Ridon Mihana xeħet through pass fil-kaxxa b’NEVIN PORTELLI ikun intelliġenti li segwa l-azzjo­ni u permezz  ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa, b’Colombo hawnhekk żgur li seta’ għamel aħjar, hekk kif kellu ħarġa erratika. B’hekk Portelli, irnexxielu jsib ix-xib­ka proprju kontra l-eks team tiegħu.

Kien biss fit-73 minita li waslet l-azzjoni denja fit-tieni taqsima bi Gzira joħolqu l-ewwel periklu tagħ­hom permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Maxuell Maia li gie mblukkat mill-ewwel mill-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi.

Madankollu, fid-79 minuta, kienu Marsaxlokk li resqu qrib it-tielet goal meta difensur ta’ Gzira antiċipa lis-sostitut Ayom Majok li ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Colombo, b’dan tal-aħħar isalva tajjeb.

MARSAXLOKK: 22-Christoffer Mafoumbi, 3-Weder Soares Da Silva, 4-Oualid El Hasni, 6-Nikolai Muscat, 7-Nevin Portelli (99-Ayom Majok 71), 11-Juan Carlos Corbalan, 17-Jorge Ailton Soares (14-Ensell Attard 84), 25-Joseph Minala (23-Triston Caruana 84), 27-Leandro Aguirre, 28-Redon Mihana (19-John Kofi Mensah 81), 95-Marcelo Barros Santos (8-Jake Ghio 71)  – Coach: Vincenzo Potenza

GZIRA U.: 33-Edoardo Colombo, 3-Gabriel Bohrer Mentz (30-David Xuereb 83), 6-Andrew Borg, 7-Santiago Perlaza Martinez (22-Marc Van De Font Bovenkamp 46), 9-Andre Carlos Penha da Costa (98-Fabricio Silva Virgens 46), 10-Maxuell Maia, 13-Clayton Failla, 14-Luis Carlos Riascos, 19-Jork Eblin Becerra (4-Pablo Fonseca Brenes 62), 57-Johan Calderon Bonila (8-Brooklyn Borg 78), 96-Felix Wallace Bonilha

referee: Matthew Degab­riele

ASS. refereeS: Mark Ciantar, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Anthony Paul Vella

SKORERS:  Soares Da Silva 36, N. Portelli 47 (M)

AMMONITI: R. Mihana (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Redon Mihana (Marsaxlokk)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport