Saturday, August 22, 2026
Home Sport Malta Premier League: Rebħa minima ta’ Marsaxlokk fuq Hibernians

Malta Premier League: Rebħa minima ta’ Marsaxlokk fuq Hibernians

0
48
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

MARSAXLOKK………… 1

HIBERNIANS…………. 0

Marsaxlokk għelbu lil Hibernians bl-iskor minimu ta’ 1-0 li kienu ġejjin minn rebħa impressjonanti ta’ 2-0 fuq Sliema Wanderers.

Ix-Xlukkajri kienu l-aħjar team gawdew mill-inizjattiva matul l-ew­wel taqsima.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet, fl-14-il minuta, meta t-tentattiv ta’ Nicolai Muscat spiċċa ftit barra u erba’ minuti wara, il-goalkeeper ta’ Hibernians, Matteo Cardinali, imblokka corner minn Leandro Aguirre mil-lemin.

Fil-31 minuta Rasmus Linden resaq viċin b’xutt akrobatiku li spiċċa ftit barra minn cross ta’ Juan Corba­lan mil-lemin u tliet minuti wara, Matteo Cardinali reġa’ salva lil Hibernians hekk kif imblokka cross ta’ Corbalan mil-lemin.

Madankollu, fil-35 minuta, Marsaxlokk fetħu l-iskor meta Joe Ulises Arias serva lil RASMUS LINDEN fuq il-lemin, u dan tal-aħħar qabeż lil difensur ta’ Hibernians, qabel ma għeleb lil  Cardinali b’xutt qawwi, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Tliet minuti mnn tmiem l-ewwel taqsima, Muscat, wara li rċieva mingħand Dodo, tefa’ ftit barra minn tarf il-kaxxa.

Fid-59 minuta, minn cross ta’ Joseph Mbong, Mo­ritz Romling kellu xutt imblukkat mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Christoffer Mafoumbi u mir-rebound, Jamie Wahling kellu tentattiv imblukkat għal darb’oħra minn Mafoumbi.

Fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, corner ta’ Leandro Aguirre ġie mdawwar f’corner ieħor minn Mattia Cardinali fit-78 minuta.

Fit-88 minuta, is-sostitut Joy Mickels għall-Paw­lsiti kien sfortunat li laqat il-wieqfa b’daqqa ta’ ras minn cross ta’ Isaiah Chukunyere, iżda erba’ minuti fil-ħin miżjud, Redon Mihana kien qrib li jirdoppja għax-Xlukkajri, meta kkon­kluda azzjoni veloċi fuq il-lemin b’xutt minn tarf tal-kaxxa iżda Matteo Cardinali dawwar il-ballun f’corner.

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe (Triston Caruana 88), Nikolai Muscat, Jose Ulises Arias (Oleksi Bykov 71), Rasmus Linden (Redon Mihana 63), Jorge Ailton Soares (Weder Soares Da Silva 88), Juan Carlos Corbalan, Joseph Minala, Leandro Aguirre, Domantas Simkus (Lucas Caruana 71)   – Coach: Vincenzo Potenza

Hibernians: Matteo Cardinali, Mortitz Romling, Kurt Shaw, Fabian Jankovic (Nathan Agius 79), Joseph Essien Mbong (Isaiah Chukunyere 79), Jamie Wahling, Bjorn Kristensen (Jayden Roe 79), Justin N’zi (Duane Bonnici 86), Ryder Matos (Joy Mickels 46), Leandro Luautaro Lacunza, Boris Druga   – Coach: Tugberk Tanrıvermis

Referee: Glen Tonna

assistenti: Mitchell Scerri, David Castillo

Raba’ Uff.: Fyodor Zammit

Skorers: R. Linden 35 (M)

Ammoniti: J. N’zi, L. L. Lacunza (M)

Player tal-Logħba: Jose Ulises Arias (M)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here