Saturday, October 24, 2026
Home Sport Malta Premier League: Sliema W. jegħlbu lil Marsaxlokk u jilħquhom fit-tieni post

Malta Premier League: Sliema W. jegħlbu lil Marsaxlokk u jilħquhom fit-tieni post

0
56
File-photo: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

SLIEMA WANDERERS………….. 2

MARSAXLOKK……………………. 1

Sliema Wanderers kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 kontra Marsaxlokk f’partita mill-Malta Premier League, biex laħqu lill-istess Xlukkajri fit-tieni post tal-klassifika iżda dawn iż-żewġ timijiet lagħbu partita aktar.

Dan minħabba li jistgħu jissieltu għal post fis-semi-finali meta jintemm il-kampjonat.

Il-Wanderers marru fil- vantaġġ fil-25 minuta meta, minn azzjoni ta’ corner, Gambarte tefa’ cross preċiż fil-kaxxa lejn Camara Calleja, li b’daqqa ta’ ras għeleb lill-goalkeeper avversarju.

Marsaxlokk għamlu reaz­zjoni u fit-30 minuta kisbu d-draw. Minn azzjoni ta’ corner,  devjazzjoni mid-difiża Slimiża ħalliet lill-goalkeeper Henry Bonello mingħajr ċans li jintervjeni, b’SEMIR SMAJLAGIC bil-kalma kollha jkompli l-ballun għal ġewwa.

Madankollu, 43 minuta Sliema reġgħu marru fil-vantaġġ. Theuma ndirizza free-kick preċiż lejn il-kaxxa, fejn VLATKO DROBAROV kien pront u b’daqqa ta’ ras għe­leb lil Mafoumbi biex poġġa lill-Wanderers 2-1 minn fuq.

Fit-tieni taqsima, Marsaxlokk ħarġu jfittxu l-goal tad-draw u bnew pressjoni kontinwa fuq id-difiża Slimi­ża. Fis-63 minuta appellaw għal penalty wara li Linden waqa’ fil-kaxxa, iżda wara reviżjoni permezz tal-FVS, ir-refe­ree żamm mad-deċiżjoni oriġinali tiegħu.

Erba’ minuti wara, Dodo resaq viċin id-draw, iżda Bonello wettaq save tajjeb b’saqajh biex evita l-goal. Marsaxlokk komplew jheddu, iżda naqsu milli jisfruttaw l-opportunitajiet li ħolqu.

Fis-77 minuta, Sliema setgħu għalqu l-partita minn kontrattakk veloċi, iżda Limbombe falla ċans tajjeb quddiem lasti vojta.

Minkejja l-pressjoni ta’ Marsaxlokk, Sliema żammew il-vantaġġ sal-aħħar biex kisbu tliet punti mill-aktar importanti

Sliema W.: Henry Bonello, Die­go Camara Calleja, Teddy Teuma (Christ Sarkodje Kouadio 92), Brian Ariel Gambarte (Steve Pisani 72), Gustavo Alcino, Anthony Limbombe Ekango (Nigel Benjamin Robertha 86), Alexander Satariano, Vlatko Drobarov, Ionut Sebastian Cojocaru, Robin Polley, Mohamed Abdulahi Awad (Wale Musa Alli 72) – Coach: Branko Nisevic

Marsaxlokk: Christoffer Henri Mafoumbi, Oualid El Hasni (Weder Soares Da Silva 87), Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Triston Caruana 87), Jose Ulises Arias, Rasmus Dupont Linden, Juan Carlos Corbalan, Semir Smajlagic (Jorge Ailton Soares 58), Joseph Marie Minala (Isaac David Christie-Davies 77), Leandro Aguirre, Domantas Simkus (Matias Nicolas Garcia 58)  – Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Philip Farrugia

assistenti: Duncan Sultana, Mark Cutajar

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: D. Calleja 25, V. Drobarov 44 (SW); S. Smajlagic 30 (M)

Ammoniti: T. Teuma, A. Sataria­no (SW); M. Garcia (M)

Player tal-Logħba: Henry Bonello (Sliema Wanderers)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here