Sunday, March 15, 2026

Malta Premier: Naxxar L. u Valletta fit-Top Six … Floriana miżmuma

Aqra wkoll

Birkirkara……………………………. 2

Floriana……………………………….. 2

Birkirkara u Floriana spiċċaw fi draw ta’ 2-2 biex filwaqt li l-leaders Floriana fallew żewġ punti, Birkirkara se jilagħbu fil-Bottom Six tat-tieni fażi tal-Malta Premier League. 

Kienu Floriana li fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta Kenan Dervisagic xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Iżda erba’ minuti wara, il-Karkariżi kisbu d-draw permezz ta’ xutt ta’ Kemar Reid minn pożizzjoni ferm ideali.

Fil-21 minuta, il-Greens resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta Dervisagic kellu t-tenattiv jistampa mal-wieqfa.

Madankollu fl-34 minuta, huma għamlu dan minn pe­nalty meta Jake Grech xeħet lill-goalkeeper, Miguel Angel Martinez, fuq in-naħa opposta.

Peró, fit-93 minuta, fl-aħħar azzjoni tal-partita, Jan Busuttil, kiseb id-draw għall-Istripes, biex skorja kontra l-eks team tiegħu.

Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone (Ronivan Bispo Dos Santos 88), Ignacio Manuel Morello, Kemar Reid, Shaun Dimech (Jan Busuttil 70), Lucas Macula (Jere Vrcic 71), Leandro Lautaro Lacunza, Alessandro Coppola, Nathan Cross, Geoffrey Edwin Avhemapong, Stephane Donovan Makoma   – Coach: Paul Zammit

Floriana: Guilherme Cioletti, Myles Beerman, Lara Antonio Abreu, Jake Grech, Kenan Dervisagic (Rui Manuel Areias 68), Federico Varela, Dunstan Vella, Carlo Zammit Lonardelli (Kouya Mabea 68), Charles M’Mombwa, Iago Perreira Mendonca, Paul Mbong (Owen Spiteri 79)   – Coach: Daniel Portela

Referee: Alex Johnson

assistenti: Mitchell Scerri, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski

Skorers: K. Dervisagic 4, J. Grech pen. 34 (F), K. Reid 8, J. Busuttil 93 (B)

Ammoniti: S. Dimech, G. E. Acheampong (B), C. M’Mombwa, K. Mabea (F)

Player tal-Logħba: Dunstan Vella (F)

MARSAXLOKK………………………… 1

VALLETTA……………………………….. 1

Grazzi għal draw ta’ 1-1 kontra Marsaxlokk, Valletta kkwalifikaw fit-Top Six.

Marsaxlokk fetħu l-iskor fit-53 minuta meta Jose Uli­ses Arias  rebaħ ballun mitluf mid-difiża Beltija, avvanza, evita d-daħliet ta’ Emmanuel Mbende u Sava Radic u mill-viċin għeleb għal kollox lill-goalkeeper Adilson Aguero Dos Santos.

Iżda filwaqt li x-Xlukkajri bdew jifirħu b’dan il-goal, il-Beltin mill-ewwel kisbu l-goal tad-draw f’inqas minn żewġ minuti … meta mill-cross ta’ Yuri De Jesus Messias, Andrea Zammit kien żmarkat għal kollox f’nofs il-kaxxa u għadda l-ballun minn bejn saqajn il-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi.

Marsaxlokk: Christoffer Henri Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Rasmus Dupont Linden, Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias, Jorge Ailton Soares, Joseph Minala (James Kirby 83), Redon Mihana (Ensell Attard 91), Domantas Simkus (Isaac Christie-Davies 75) – Coach: Vincenzo Potenza

Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Steve Borg (Mattias Ellul 46), Andrea Zammit (Ahmed Basher 71), Brandon Diego Paiber (Jackson Usuga Mendoza 83), Jake Azzopardi, Diogo Tavares, Yannick Yankam, Moise Emmanuel Mbende, Yuri De Jesus Messias (Valentijn Meijer Stijn 71), Sava Radic, Thaylor Aldama (Keith Brewer Jr 87) – Coach: Thane Micallef

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Duncan Sultana, Shaun Calleja

Raba’ Uff.: Philip Farrugia

Skorers: J. Ulises Arias 53 (M); A. Zamit 55 (V)

Ammoniti: J. Ulises Arias, E. Pepe (M); J. Azzopardi (V)

Player tal-Logħba: Jake Azzopardi (Valletta)

SLIEMA WANDERERS………….. 2

GZIRA UNITED……………………….. 1

Kienet inutli r-rebħa ta’ 2-1 ta’ Sliema Wanderers fuq Gzira United minħabba li se jilagħbu fil-Bottom Six.

Il-Wanderers kellhom bi­du tajjeb meta fit-tmien minuta fetħu l-iskor b’xutt imdawwar ta’ Uros Duranovic.

Huma daħlu jistrieħu fil- vantaġġ ta’ żewġ goals meta fil-ħin miżjud tal-ewwel taq­sima skorjaw minn daqqa ta’ ras ta’ Roko Prsa. 

Fit-80 minuta, il-Maroons naqqsu d-distakk permezz ta’ auto-goal ta’ Murilo.

Sliema W.: Rashed Al Tumi, Jean Borg, Adam Magri Overend (Neil Frendo 77), Uros Duranovic (Vito Plut 77), Roko Prsa (Edmond Agius 91), Gustavo Alcino, Andre Seruca De Oliveira, Murilo Henrique Freire Bernardo, Steven Pisani, Mohamed Abdulahi Awad (Nikolai Micallef 84), Thiago Espindola De Paula – Coach: Pablo Doffo

Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Bohrer Mentz (Johan Josue Bonilla Carlderon 46), Deacon Abela, Andrew Borg (Santiago Martinez Perlaza 90), Andre Carlos Penha Da Costa, Maxuell Maia, Clayton Failla, Stasa Bastic (Fabricio Silva Virgens 46), Isemoli N’Sa Chrisnovic, David Xuereb (Dejan Farrugia 85), Mihajlo Stojanovic  – Coach: Darren Abdilla

Referee: Glen Tonna

assistenti: Luke Portelli, Robert Curtis

Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara

Skorers: U. Duranovic 8, R. Prsa 45 (SW); M. Freire Bernardo 80 o.g. (GU)

Ammoniti: A. Penha Da Costa, M. Maia (GU); A. Magri Overend, S. Pisani, A. De Oliveira, M. Freire Bernardo, V. Plut, R. Al Tumi (SW)

Player tal-Logħba: Roko Prsa (Sliema W.)

NAXXAR LIONS……………………… 2

HIBERNIANS…………………………… 1

It-team rivelazzjoni tal- Closing Round Naxxar Lions kiseb post mat-Top Six meta għeleb lil Hiber­nians bl-iskor ta’ 2-1 li kellhom staġun diżappun­tanti.

Huma fetħu l-iskor fil-15-il minuta meta Louis M’Vemba Pahama Ndualu venven xutt  fil-baxx għar-rokna tax-xibka.

Fit-68 minuta, il-Lions irduppjaw l-iskor meta Joao Victor Souza Dos Santos ħa­sad għal kollox lill-goalkeeper Pawlist,  Constantin Laurentiu-Branescu.

Erba’ minuti wara, Hiber­nians naqqsu d-distakk minn daqqa’ ras ta’ Kurt Shaw  minn azzjoni ta’ corner.

Naxxar L.: Matthias Debono, Joao Pedro De Souza Iseppe (Sekala Guehi 6), Theo Seara Kruger, Mark Fenech, Louis M’Vemba Pahama Ndualu (Gabriel Costa Goncalves 83), Edson Cerqueira Farias, Joao Victor Souza Dos Santos, Daniel Letherby, Rosiel Pereira Da Silva, Vinicius Ferreira De Jesus, Joao Vitor Moura Cardoso  – Coach: Winston Muscat

Hibernians: Constantin Laurentiu Branescu, Cain Attard (Dexter Xuereb 63), Kurt Shaw, Miullen Natha Felicio Carvalho, Bjorn Kristensen (Lucas Caruana 75), Ali Diakite, Aiden Zammit (Cleiton Mendonca De Jesus 63), Kevin Halabaku (Matthew Debattista 84), Pedro Henrique Nunes Silva (Denys Norenkov 75), Mailson Lima Duarte Lopes, Charleston Silva Dos Santo – Coach: Andrei Agius

Referee: Joseph Scerri

assistenti: Jurgen Spiteri, David Castillo

Raba’ Uff.: Anthony Paul Vella

Skorers: L. Pahama Nduala 15, J. Souza Dos Santos 68 (NL); K. Shaw 72 (H)

Ammoniti: E. Farias (NL); D. Xuereb, C. Silva Dos Santos (H)

Player tal-Logħba: Edson Farias Cerqueira (Naxxar L.)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport