Sunday, November 24, 2024

Malta Public Transport tħabbar servizzi speċjali għall-kunċerti ta’ André Rieu

Aqra wkoll

Malta Public Transport ippjanat is-servizzi tal-karozzi tal-linja li ġejjin biex jaqblu mal-iskeda tal-kunċerti.

Rotta S10: Tluq minn Valletta Bay A2 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Paola – Bormla – Xgħajra – Kalkara

Rotta S20: Tluq minn Valletta Bay A3 fil-23:45hrs, 23:55hrs, u 00:05hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Gżira – San Ġwann – Kappara – Msida

Rotta S30: Tluq minn Valletta Bay A4 fil-23:45hrs, 23:55hrs, u 00:05hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Msida – Birkirkara – Iklin – Mosta – Buġibba

Rotta S40: Tluq minn Valletta Bay A6 fil-23:45hrs u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Msida – Mosta – Mġarr – Għajn Tuffieħa

Rotta S41: Tluq minn Valletta Bay A5 fil-23:45hrs u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Birkirkara – Mosta – San Pawl il-Baħar – Mellieħa – Ċirkewwa

Rotta S50: Tluq minn Valletta Bay A7 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
Genral direction: Valletta – Ħamrun – Ħ’Attard – Rabat – Dingli

Rotta S60: Tluq minn Valletta Bay A8 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Hamrun – Marsa – Qormi – Żebbuġ Terminus – Siġġiewi

Rotta S70: Tluq minn Valletta Bay A9 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Marsa – Luqa – Kirkop – Safi – Żurrieq – Qrendi – Mqabba

Rotta S80: Tluq minn Valletta Bay A10 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Marsa – Paola – Żejtun – Birżebbuġa – Għaxaq – Gudja

Rotta S90: Tluq minn Valletta Bay A11 fil-23:45hrs, u 00:00hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Marsa – Paola – Żabbar – Marsaskala

Rotta S13: Tluq minn Valletta Bays A12-13 fil-23:30hrs, 23:40hrs, 23:50hrs, 00:00hrs, 00:10hrs, 00:20hrs, u 00:30hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Gżira – Sliema – Spinola – St. Julians – Paceville – Pembroke

Rotta S212: Tluq minn Valletta Bay A14 fil-23:45hrs, 23:55hrs, u 00:15hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Sliema – Paceville – Pembroke – Coast Road – Buġibba

Rotta N13: topera skont l-iskeda normali tal-lejl matul il-ġimgħa tas-sajf fil-23:10hrs, 23:20hrs, 23:30hrs, 23:40hrs, 23:50hrs, 00:00hrs, 00:10hrs, 00:30hrs, 00:50hrs, 01:10hrs, u 01:30hrs
Direzzjoni Ġenerali: Valletta – Gżira – Sliema – Spinola – St. Julians – Paceville

Is-Servizzi Speċjali huma parti mill-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn immirata sabiex tħeġġeġ aktar nies biex jivvjaġġaw b’tal-linja. Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, filwaqt li dawk li m’għandhomx Tallinja Card jistgħu jixtru biljett ta’ €3 biex jagħmlu użu mis-servizz.

Viżitaturi minn barra jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għażla Tallinja Explore Flex, bi prezz ta’ €2.85 għal kull vjaġġ. F’każ ta’ xi dewmien fil-kunċert, il-ħinijiet tat-tluq tas-Servizz Speċjali se jiġu aġġustati biex jallinjaw mal-konklużjoni tal-kunċert.

Għal skeda sħiħa, aktar aġġornamenti u avviżi, jekk jogħġbok segwi Malta Public Transport fuq il-midja soċjali u żur il-websajt uffiċjali www.publictransport.com.mt.

Sport