Thursday, October 31, 2024

“Malta qed tonfoq il-fondi b’rata ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea” – Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għal Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi meta kellem dwar l-estimi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin enfasizza li “wara negozjati li ġew konklużi mill-Prim Ministru f’Lulju li għadda, Malta irnexxilha tikseb l-ikbar pakkett finanzjarju Ewropew ta’ żewġ biljuni, mitejn u ħamsin miljun Euro, maqsuma f’biljun, disa’ mija u għoxrin miljun Ewro mil-bagit tradizzjonali magħruf bħala MFF u tlett mija u seba’ u għoxrin miljun oħra mill-Fond tar-Reżiljenza u Rkupru, l-RRF. Din l-allokazzjoni rekord għal Malta hija d-doppju tal-allokazzjoni li rnexxielu jġib il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qabel l-elezzjoni tal-2013.”

Tenna li “b’fondi Ewropej ibbenefikaw 6,085 familja minn għajnuna sabiex jinstallaw pannelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tagħhom b’investiment totali ta’ €14.4 miljuni.”

Qal ukoll li “l-Gvern ser ikun qiegħed jinvesti madwar €23.5 miljun fit-tranżizzjoni għal ambjent aktar nadif u dejjiemi. Dan ser jiġi ikkumplimentat minn fondi ewropej oħra sabiex jintlaħaq it-total ta’ madwar €39 miljun. Se nużaw minn dawn il-fondi biex fost affarijiet, tinbena infrastruttura għall-provvista tal-enerġija fil-Port Ħieles (ship to shore)”.

Spjega li “fi Frar li għadda l-Kummissjoni Ewropea kien ħarġet il-Country Report tagħha dwar Malta, fejn innutat illi Malta qed tonfoq il-fondi b’rata ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Dan juri l-għaqal tal-gvern li kien kapaċi jwettaq u jikseb riżultati konkreti.”

Qal ukoll li ‘bħala parti mill-pakkett finanzjarju li kiseb dan il-Gvern, il-pajjiż ser jibbenefika wkoll minn il-fuq minn €207 miljun Ewro, li ser jissarfu f’investimenti fl-oqsma tas-Sajd, Affarijiet Marittimi u l-Akwakultura u il-qasam Agrikolu u Rurali. Altru milli naqsu dawn il-fondi kif bassru esponenti tal-Oppożizzjoni. Dawn l-investimenti huma neċessarji sabiex inkomplu nsaħħu l-prodott lokali, billi ntejbu l-kwalità tal-prodotti; ninkoraġġixxu investimenti u prattiċi ġodda kif ukoll l-użu ta’ teknoloġija u tagħmir modern; ninċentivaw l-użu fit-tul tal-art agrikola u l-ikkonsmar ta’ ħxejjex u ħut lokali b’mod sostenibbli.”

Sport