Sunday, December 22, 2024

“Malta se tibqa’ taħdem biex tipproteġi lin-negozji u lill-konsumatur fi żmien ta’ kriżi fl-enerġija”

Aqra wkoll

Waqt li kienet qed tindirizza laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tal-Enerġija fil-Lussemburgu, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħeġġet lill-Kumissjoni Ewropea tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-pajjiżi biex jindirizzaw ir-realtajiet differenti tagħhom waqt din il-kriżi tal-enerġija fl-Ewropa.

Il-Ministru Miriam Dalli saħqet li l-Gvern Malti huwa kommess li jkompli jipproteġi lin-negozji u lill-konsumaturi matul din il-kriżi.

Wara li l-mexxejja tal-istati membri ltaqgħu fi Brussell il-ġimgħa li għaddiet, fejn ipparteċipa wkoll il-Prim Ministru Robert Abela, il-ministri tal-enerġija issa ltaqgħu fil-Lussemburgu biex ikomplu jibnu fuq il-konklużjonijiet ta’ dik il-laqgħa u jiddiskutu l-miżuri li għandhom jittieħdu b’mod urġenti.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li Malta għandha fost l-orħos tariffi tal-enerġija fl-UE għax pajjiżna dejjem ħadem biex jissalvagwardja l-kompetittività, in-negozji u lill-familji. Dan għaliex pajjiżna għandu spejjeż sproporzjonati meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra.

L-insularità ta’ Malta bħala gżira maqtugħa mill-kontinent Ewropew u l-pandemija tal-COVID-19 qed ikomplu jżidu l-pressjoni, bir-riskju li jaffettwaw il-kompetittività ta’ Malta.

Il-Ministru Dalli qalet li hekk kif l-għodod proposti mill-Kummissjoni, magħrufa bħala ‘toolbox’, ma jiħdux in kunsiderazzjoni ċerti aspetti, bħas-suq globali jista’ jwassal għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet.

Il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-importanza tal-enerġija rinnovabbli f’Malta u fakkret li Malta hija kommessa għal enerġija iktar nadifa. Żiedet li huwa importanti li jkun hemm appoġġ b’saħħtu permezz tal-għodod finanzjarji u fondi Ewropej li jattiraw investimenti fil-qasam tal-enerġija offshore fil-Mediterran.

Ekonomija

Sport