It-tim nazzjonali Malti jinsab lest li jibda t-tieqa internazzjonali ta’ Ġunju b’partita ta’ ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka.
Il-partita hija skedata li tintlagħab fis-7 ta’ Ġunju fi Stadion Grödig fl-Awstrija.
Il-ħin tal-partita jitħabbar fi stadju aktar tard, flimkien ma’ aktar informazzjoni dwar it-tieni partita ta’ ħbiberija li hija wkoll ippjanata li tintlagħab matul din it-tieqa internazzjonali ta’ Ġunju fl-Awstrija.
Dawn il-partiti ta’ ħbiberija ta’ Ġunju jippreżentaw opportunità eċċitanti għat-Tim Nazzjonali Malti biex ikomplu bit-tħejjijiet tagħhom għal-logħbiet li jmiss tal-UEFA Nations League li jibdew f’Settembru.