Sunday, December 22, 2024

Malta se tintervjeni fil-każ tal-KE dwar liġi li tmur kontra d-drittijiet LGBTIQ+

Aqra wkoll

Malta se tkun qed tintervjeni fil-kawża li l-Kummissjoni Ewropea fetħet dwar liġi ta’ propaganda li daħlet fis-seħħ fl-Ungerija kontra d-drittijiet fundamentali ta’ persuni LGBTIQ+.

Il-każ li jinsab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jikkonċerna l-liġi li ġiet introdotta fl-Ungerija li tipprojbixxi l-wiri ta’ persuni ta’ identità LGBTIQ+. L-emendi jimponu diversi projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fir-rigward tal-promozzjoni jew ir-rappreżentazzjoni ta’ identitajiet tal-ġeneri li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, assenjazzjoni mill-ġdid tas-sess jew l-omosesswalità.

Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi jiksru d-dinjità tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għar-rispett ta’ ħajja privata kif ukoll id-dritt li ħadd m’għandu jkun diskriminat hekk kif inhu minqux fil-Karta tal-Unjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali. Huwa kkunsidrat ukoll li din il-liġi tikser il-valuri komuni tagħna bħala membri tal-Unjoni Ewropea.

Minħabba l-irwol ta’ Malta bħala l-pajjiż bl-aktar liġijiet u politika favur l-ugwaljanza LGBTIQ+ u li għal seba’ snin konsekuttivi Malta baqgħet fil-quċċata tar-Rainbow Map tal-ILGA-Europe, ittieħdet id-deċiżjoni li Malta tingħaqad ma’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-każ. Din id-deċiżjoni ttieħdet ukoll fid-dawl tad-dikjarazzjoni IDAHOT li għamlet Malta fl-2021 fejn tenniet l-appoġġ tagħha għal passi legali li jieħdu istituzzjonijiet Ewropej fl-impenn tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem.

“Malta għandha fost l-aktar liġijiet u politika progressiva u inklussiva, li jipproteġu d-drittijiet ta’ individwi LGBTIQ+, li jservu ta’ eżempju u ta’ ispirazzjoni għal kif pajjiżi oħra jistgħu jaħdmu biex ma jħallu lil ħadd jaqa’ lura. Dan il-progress se jiġi ċċelebrat f’Settembru hekk kif Malta se tkun qed tospita l-Europride li se sservi bħala okkażjoni biex intennu l-impenn tagħna lejn aktar ugwaljanza”, qalet is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg.

Ekonomija

1 kumment

  1. Il president tal parlament Ewropew se taghmel issa.Se tiddefendi li shaba ta l Ungerija.Meta l haddiema ghamlu protesta ghajrithom mafia.Ma min se zomm issa?

Comments are closed.

Sport