Saturday, December 21, 2024

Malta se tkun rappreżentata fit-Tazza Mediterranja COMEN

Aqra wkoll

Malta qed tkun rappreżentata minn erba’ għawwiema fit-Tazza Mediterranja COMEN li qed issir f’Belgrad, is-Serbja.

 Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal bniet ta’ bejn it-13 u l-14-il sena u għas-subien ta’ bejn il-15 u s-16-il sena. Wara kriterji ta’ kwalifikazzjoni pubblikati, Nathan Cachia, Kristy Delia, Michela Portelli u Italo Salamone ġew magħżula mill-Aquatic Sports Association ta’ Malta bħala l-għawwiema Maltin.

 Huma se jikkompetu fl-100m, 200m, 400m u 800m freestyle kif ukoll fil-100m u 200m butterfly.

Il-kontinġent Malti huwa magħmul mill-coach, Ebi Mohammadpour, il-president tal-ASA Joe Caruana Curran u l-viċi-president, David Bonello.

Ekonomija

Sport