Tuesday, December 24, 2024

Malta se tospita l-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni tal-pajjiżi tal-Mediterran

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa, pajjiżna se jkun qed jospita l-Ministri tal-Intern u l-Immigrazzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Spanja sabiex jiddiskutu pożizzjoni komuni bejniethom dwar l-immigrazzjoni, ftit jiem qabel il-Kunsill
Ewropew tal-Ministri tal-Intern, biex il-ħames pajjiżi jmorru b’pożizzjoni waħda għal-laqgħa tal-Kunsill.

Għal din il-laqgħa, imsejħa bħala l-MED5, ġiet mistiedna wkoll il-Ministru għall-Immigrazzjoni Svediża f’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll id-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija FRONTEX.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li, “din hija opportunità tad-deheb għal Malta biex tkompli tkun leader f’dan il-qasam, u tilħaq ftehim sabiex il-pajjiżi kollha tal-MED5ikollhom l-istess pożizzjoni quddiem il-Kunsill tal-Ministri fil-jiem li ġejjin.”

Ekonomija

Sport