Friday, November 22, 2024

Malta tagħlaq bil-kbir wara rebħa kontra s-Serbja

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-hockey kisbu l-ewwel rebħa fit-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey meta għelbu lis-Serbja bl-iskor kbir ta’ 8-0.

Il-Maltin ħarġu ferm aggressivi u sa tmiem l-ewwel żewġ quarters skorjaw erba’ darbiet mingħajr risposta.

Min-naħa tagħhom, is-Serbi ppruvaw jwettqu risposta iżda sabu lid-difiża Maltija ferm attenta fejn ftit tathom spazji.

Il-Maltin marru minn fuq fis-sitt minuta minn Thomas Degiovanni sabiex fit-tieni quarter huma skorjaw tliet darbiet f’temp ta’ seba’ minuti permezz ta’ Keith Calleja, Chris Agius u Zak Degiovanni.

Hekk kif fit-tielet quarter ma ġie skorjat l-ebda gowl fir-raba’ quarter, it-tim immexxi minn Christ Attard issiġġilla r-rebħa tiegħu permezz ta’ tliet gowls oħra minn Luke Bajada, Julian Zahra u Thomas Degiovanni li għaqqad tripletta personali.

Aktar qabel, Malta lagħbet ir-raba’ logħba tagħha f’dan it-turnament li qed isir fi Skierniewice fil-Polonja wara li tilfet kontra l-Kroazja 5-2.

David Krajinovic, Gregor Fujs, Luka Mesaric, Noa Sluga u Marko Cacic skorjaw il-gowls tal-Kroati filwaqt li l-Maltin skorjaw permezz ta’ Keith Calleja u Karl Chircop.

B’hekk Malta kisbet erba’ punti minn ħames logħbiet wara rebħa, draw u tliet telfiet.

Sport