Sunday, December 22, 2024

Malta taħt lenti pożittiva għall-politika tal-enerġija li adottat

Minkejja l-kriżi tal-gwerra fl-Ukrajna l-Gvern ġarr il-piż taż-żieda fil-prezzijiet

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kunsill Ewropew (EUCO) laqqa’ lis-27 gvernijiet tal-blokk Ewropew biex flimkien jiddiskutu u jaraw kif jindirizzaw il-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna. Proprju kif ġew konklużi dawn id-diskussjonijiet fejn intlaħaq ftehim li jkun hemm miżuri li jżommu l-prezz tal-enerġija għad-djar u n-negozji kkontrollat, issemma’ b’mod pożittiv l-approċċ li ħa l-Gvern Malti li bih huwa qiegħed jassorbi ż-żieda fil-prezz tal-enerġija minflok ħalla li dan il-piż jaqa’ fuq il-familji u n-negozji lokali.

Id-deċiżjoni li l-prezzijiet tal-elettriku u l-fjuwil ikunu ffriżati għall-Prim Ministru Robert Abela, kienet kruċjali għat-tkabbir ekonomiku rreġistrat fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Minkejja li l-prezzijiet tal-enerġija splodew mal-Ewropa kollha konsegwenza tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, Malta kienet diġà laqgħet għal din il-problema bil-politika preżenti tal-enerġija. Din tat vantaġġ ta’ kompetizzjoni lin-negozji tagħna, kif ukoll għenet biex il-familji Malti u Għawdxin ma joħorġux aktar  minn buthom. Dan anke fid-dawl tal-fatt li diġà hemm sfidi oħra kkawżati mill-gwerra fil-kontinent b’mod speċjali dak taż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel. 

Fil-fatt, minn informazzjoni tal-Eurostat Malta għandha r-raba’ l-irħas prezz medju ta’ enerġija fl-Unjoni Ewropea. 

Ekonomija

Sport