Saturday, December 21, 2024

Malta taqbeż il-mira Ewropea f’dawk li huma ħaddiema fis-suq tax-xogħol

Aqra wkoll

Indikaturi ewlenin li ħarġu mil-Labour Force Survey juru li fis-sena 2020 Malta qabżet sew il-medja Ewropea fl-għadd ta’ nies li għandhom impjieg.  Fil-fatt, ir-rata ta’ impjiegi f’Malta għal dawk bejn l-20 u l-64 sena kienet ta’ 77.3%, li tfisser 7.3% aktar mill-mira Ewropea magħrufa bħal Europe2020.

Fil-qasam tan-nies jirreġistraw għax-xogħol, hawn ukoll pajjiżna huwa ferm aħjar mill-medja Ewropea tant li fl-2020, ir-rata ta’ nies qegħda f’Malta kienet biss ta 4.4 punti perċentwali ferm taħt is-7.1 fil-mija tal-medja Ewropea fis-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tal-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ bejn il-15 u l-24 sena, l-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li fil-livell nazzjonali 6% taż-żgħażagħ m’humiex fid-dinja tax-xogħol. Mill-banda l-oħra, minn dan l-għadd, 9.3% ta’ żgħażagħ la qed jaħdmu u lanqas qed jitħarrġu jew jattendu f’xi istituzzjoni edukattiva. Din iċ-ċifra wkoll hi taħt il-medja Ewropea ta’ 11.1%.

Suċċess ieħor li qed jikseb pajjiżna hu li qed jirnexxielu jnaqqas l-ammont ta’ żgħazagħ li jitilqu kmieni mis-sistema edutattiv kif jindika l-Labour Fore Survey għal dawn l-aħħar sitt snin. Minkejja dan it-tnaqqis iżda, pajjiżna għad jonqsu x’jagħmel f’dan ir-rigward biex jilħaq il-mira Ewropea ta’ 10%. Fil-fatt, ir-rata ta’ studenti li jwaqqfu l-edukazzjoni tagħhom qabel il-waqt fis-sena 2020 kienet 12.6%.

Dan l-istħarriġ jirrifletti wkoll pożittivita fl-għadd ta’ dawk li qed jaslu għall-edukazzjoni terzjarja. Fil-fatt iċ-ċifri juru li fil-livell lokali, dan is-settur ta’ żgħazagħ bejn it-30 u l-34 sena b’livell ta’ edukazzjoni terzjarja fis-sena 2020 tela’ għal 39.8% li qabeż b’6.8% il-miri nazzjonali Ewropew ta’ 33 fil-mija.

Ekonomija

Sport