Sunday, December 29, 2024

Malta tfakkar Jum l-Indipendenza

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Independenza ta’ pajjiżna, Festivals Malta permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali ħejja numru ta’ attivitajiet bil-għan li nfakkru din il-ġrajja storika. 

Dalgħodu, il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħadu posthom f’Misraħ San Ġwann. 

Wara l-wasla tad-Deputat Kap Kmandant tal-Forzi Armati., waslu wkoll l-Aġent Prim Ministru u l-President ta’ Malta fejn ingħata salut nazzjonali u saret spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.

Wara bdiet quddiesa pontifikali u Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Din ġiet segwita minn tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana fejn preżenti kien hemm l-Aġent Prim Ministru Owen Bonnici, il-President ta’ Malta George Vella u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Flimkien mal-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati.

Fi tmiem il-ġurnata mistenni jsir ukoll kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alan Chircop, fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta

Ekonomija

Sport