Tuesday, April 23, 2024

Sergio Busquets se jitlaq lil Barcelona f’Ġunju 2023

Aqra wkoll

Sergio Busquets u Barcelona naqsu milli jilħqu ftehim biex il-midfielder internazzjonali Spanjoli se jħalli lill-club fit-30 ta’ Ġunju, 2023, meta jiskadilu l-kuntratt.

Dan wara li l-club u l-captain tat-team, l-Erbgħa filgħodu għalqu n-negozjati ta’ bejniethom mingħajr qbil biex dan il-player ta’ 34 sena se jkun qed iħalli lill-Katalani wara 15-il sena.

Prodott tal-akkademja, huwa kien ingħata d-debutt mill-coach Pep Guardiola fl-2008.

Għaldaqstant, huwa jista’ jinnegozja t-trasferiment tiegħu stess.

Sport