Wednesday, April 24, 2024

Għaliex eżattament Lionel Messi telaq lil Barcelona?

Aqra wkoll

Kif kulħadd jaf Lionel Messi telaq lil Barcelona fl-2021 fejn deher emozzjonat li se jħalli lil dak il-club li miegħu beda l-karriera tiegħu. 

Iżda sena qabel, il-player ta’ 35 sena, hedded li jħalli lin-Nou Camp hekk kif għamel disa’ kundizzjonijiet biex jibqa’ jilbes il-flokk Katalan.

Iżda filwaqt li l-president ta’ dak iż-żmien, Joseph Bartomeu, aċċetta sebgħa minnhom, huwa ma qabilx ma tnejn.

Allura, x’talab eżatt Messi?

1. Tiġdid tal-kuntratt għal tliet snin

Bosta huma dawk il-clubs li għandhom it-tendenza li joffru lill-players ‘l fuq minn 30 estensjoni ta’ sena minħabba li normalment il-forma tibda nieżla b’mod gradwali. F’dak il-perjodu, Messi kellu 33 sena. 

2. Ried box privata fin-Nou Camp għall-familja tiegħu u ta’ Luis Suarez

Messi u Luis Suarez ilhom ħbieb minn meta Suarez ingħaqad ma’ Barcelona fl-2014 u tal-ewwel ried jieħu ħsieb lil sieħbu. Huwa talab għal box privata fin-Nou Camp għaż-żewġ familji li setgħu jużawha f’kull ħin. 

3. Bonus ta’ tiġdid ta’ €10 miljun

Fl-ewwel terminu Barcelona rrifjutaw li jiltaqgħu. Id-diffikultajiet finanzjarji fissru li ma setgħux iħallsu lil Messi dak li ħaseb li ħaqqu. Iżda hu kien qed iħares lejn Kylian Mbappe ma’ Paris SG li tħallas dan l-ammont. 

4. Ried ineħħi l-klawsola tar-rilaxx tal-kuntratt

Messi kien kuntent li jikkommetti ruħu iżda ried flessibbiltà fil-kuntratt tiegħu. Huwa ried li l-klawsola ta’ tar-rilaxx ta’ €700 miljun titnaqqas għal €10,000 biss. 

Dan kien ifisser li seta’ jiċċaqlaq kull meta u fejn ried. 

5. Ħlas b’lura tal-pagi jitħallas bl-imgħax

Kull player ta’ Barcelona ħa tnaqqis fil-paga matul il-pandemija tal-Covid-19 fl-2020. Frenkie De Jong jaf kollox dwar dan. Messi kien fosthom u ried il-pagi sħaħ tiegħu lura flimkien ma’ 3% imgħax.

6. Ajruplan privat matul il-Milied

L-internazzjonali Arġentin ried ajruplan privat biex iżur lill-familja tiegħu fl-Arġentina waqt il-btajjel. 

7. Żieda fil-pagi bit-taxxa

Messi ried li s-salarju nett tiegħu jibqa’ l-istess jekk il-gvern Spanjol jagħżel li jgħolli t-taxxi.

8. Kontinwità ta’ assistent personali

Ir-rebbieħ tas-seba’ darbiet tal-Ballun tad-Deheb kellu assistent personali, Pepe Costa, li kien imħallas minn Barcelona matul l-aħħar snin tiegħu f’Katalunja. Il-futur ta’ Costa kien fid-dubju matul il-pandemija, iżda Messi insista li jżomm xogħlu.

9. Kummissjoni għal ħuh

It-talba finali kienet kummissjoni għal ħuh, Rodrigo Messi. Għaliex Barcelona qablu ma’ dan? Dak iż-żmien Rodrigo kien qed jirrappreżenta lill-player żagħżugħ, Ansu Fati, u Lionel kien konxju mit-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat. 

Sport