Wednesday, April 24, 2024

L-Uragan Fiona qiegħed ikompli jżid fis-saħħa tiegħu

Aqra wkoll

Uffiċjali tat-temp tal-Istati Uniti qalu li l-Uragan Fiona qiegħed ikompli jiżdied fl-intensità tiegħu hekk kif dan diġà ħa l-ħċajja ta’ minn inqas seba’ persuni f’partijiet differenti tal-Karibew. Dawn l-uffiċjali qalu li fil-preżent din il-maltempata hija ta’ kategorija tlieta b’riħ ta’ madwar 185 kilometru fis-sigħa iżda din tista’ titla’ għal kategorija erbgħa – it-tieni l-ogħla.

F’dan l-uragan, Puerto Rico qed jintlaqat minn xita qalila fejn minn tal-inqas erba’ perusni tilfu ħajjit­hom u 80% tal-gżira għadha mingħajr provvista ta’ dawl. Ix-xita qiegħda tolqot ukoll lir-Repubblika Dominikana fejn hemm żewġ persuni tilfu ħajjithom. Min-naħa tiegħu l-President tar-Repubblika Dominikana Luis Abinader iddikjara tliet provinċji fil-Lvant bħala żoni ta’ diżastru u dan hekk kif hemm twissijiet li x-xita qalila tista’ tkompli tikkawża għargħar kbir.

L-Uragan Fiona laqat l-ewwel darba lil Puerto Rico nhar il-Ħadd li għadda fejn hemm mhux biss ikkawża għargħar, iżda anke valangi kbar ta’ tajn. 

Dan wassal għal qtugħ fis-sistema tal-elettriku u jidher li jeħtieġ li jgħaddu numru ta’ ġranet biex din terġa’ lura għan-normal. Is-sistema elettrika ta’ Puerto Rico hija waħda fraġli ħafna minħabba l-effett devastanti li kien ħalla l-Uragan Maria ħames snin ilu. Dak kien l-ikbar uragan li qatt laqat lil din il-gżira. 

Sport