Malta kienet irrappreżentata minn Michelle Hyubner, Hannah Preca Trapani, Gail Gauci u Hayley Camilleri, li ngħaqdu ma’ madwar 260 parteċipant ieħor.
L-avveniment immarka wkoll it-tnedija uffiċjali tal-COMEN Cup tal-2027, li se ssir f’Malta bejn it-3 u s-6 ta’ Ġunju 2027. Din il-kompetizzjoni, rikonoxxuta mill-European Aquatics, se tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet għaċ-ċentinarju tal-European Aquatics.
Matul tmiem il-ġimgħa, l-attenzjoni kienet fuq ir-regoli l-ġodda u t-tibdil li ġej fis-sistema tal-ġudikatura, li se jsawru dan l-isport mill-2027 ’il quddiem.
Dan huwa pass importanti għall-għawm artistiku f’Malta, hekk kif jibdew it-tħejjijiet biex fl-2027 jilqgħu lill-atleti żgħażagħ mill-Ewropa kollha fuq il-gżira.




