Sunday, November 24, 2024

Malta tikkwalifika għall-ħames darba għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-waterpolo

Aqra wkoll

Malta…………………….. 22

Bulgarija…………………. 4

(4-0, 9-1, 3-0, 6-3)

It-team nazzjonali tal-waterpolo kkwalifika għall-fażi finali tal-Kampjonat Ew­ropew, li se ssir fl-Iżreal f’Jannar 2024, meta għe­leb lill-Bulgarija bl-iskor kbir ta’ 22-7 biex temm fit-tieni post ta’ Grupp B … kif ukoll bil-kriterija li spiċċa wkoll wieħed mill-aħjar tliet timijiet li temmew f’din il-pożizzjoni.

Din kienet il-ħames darba fl-istorja tal-waterpolo Malti li kkwalifika għal dawn il-kampjonati.

Intant, kif jindika r-riżultat, din kienet passiġġata għal Malta bil-players Maltin qatt ma dehru li setgħu jitilfu xi punti minn din il- logħba hekk kif daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 13-1.

Il-goals tal-ewwel sessjonio waslu minn James Gambin, Nikolai Zammit u doppjetta ta’ Jake Bonavia.

Fit-tieni sessjoni, il-benjamini tagħna rreġistraw goleada ta’ disa’ goals kontra l-wieħed tal-avversarji … bl-iskorers ikunu Jayden Cutajar (2), Nikolai Zammit (3), Alec Fenech, Liam Galea (2), Jake Bonavia u Nicholas Bugelli filwaqt li Martin Donchev skorja għall-Bulgari biex naqqas il-marġni għal 7-1.

Bir-rebħa aċċertata, il- Maltin naqqsu mir-rendiment tagħhom u rebħu t-tielet sessjoni 3-0, b’goals minn Jayden Cutajar, Jake Muscat u Ben Plumpton.

Ir-raba’ sessjoni kienet formalitá bil-Maltin xorta waħda kienu tajbin biżżej­jed biex rebħuha bl-iskor ta’ 6-3 … bil-protagonisti jkunu Jake Muscat (3), Nikolai Zam­mit, Liam Galea u Ben Plumpton.

Svetoslav Iliev, Aleksandar Velkov u Mikael Meto­diev skorjaw għall-Bulgarija. 

  Malta: Jake Tanti, Jake Bonavia (3), Liam Galea (2), James Gambin (1), Jayden Cutajar (3), Ben Plumpton (1), Jake Muscat (4), Benjamin Cachia, Jeremy Abela, Nikolai Zammit (6), Alec Fenech (1), Nicholas Bugelli (1), Nicholas-Kane Grixti

Bulgarija: Stanislav Raykov, Mikael Metodiev (1), Nikolay Dimitrov, Samuil Ivanov, Momchil Valkov, Martin Donchev (1), Svetoslav Iliev (1), Filip Slavov, Kalin Uzunov, Denis Stankov, Aleksandar Velkov (1), Boyan Torosov (4)

Referees: Lukasz Krol (Po­lonja) u Erwin Schapers (Olanda)

Sport