Tuesday, April 30, 2024

3 kunċerti tat-Tiffin Girls’ School Choir f’Malta

Aqra wkoll

“Tiffin Girls’ School Choir” hija skola selettiva tal-bniet f’Kingston upon Thames, fil-Lbiċ ta’ Londra, l-Ingilterra. Din l-iskola kibret minn identità volontarja biex issir akkademja fl-2011.

L-isem “Tiffin” huwa tal-bidu tas-seklu sbatax u kien misluf minn Thomas u John Tiffin li għax kellhom birrerija kienu sinjuruni u ħallew flus fit-testmenti tagħhom għall-edukazzjoni tal-foqra.

Il-Kor tal-Iskola Tiffin tal-bniet kbar huwa magħmul minn studenti fl-erba’ sena sekondarja. Ħafna huma wkoll mużiċisti eċċellenti. Il-kor u l-mużiċisti jiltaqgħu fuq bażi ta’ kull ġimgħa biex inkantaw firxa wiesgħa ta’ repertorju.

Fl-aħħar ftit snin, meta l-opportunitajiet ta’ prestazzjoni diretta kienu ristretti, il-kor kien attiv b’ serje ta’ avvenimenti online, virtwali u reġistrazzjonijiet b’ħafna sezzjonijiet bħala parti mill-komunità tal-iskola. Ma’ llaxkar tar-restrizzjonijiet tal-Covid, il-membri tal-kor dehru fi produzzjonijiet ta’ teatru mużikali, servizzi ta’ carols fi knejjes lokali u avvenimenti regolari fuq skala kbira fl-iskola.

Huma pparteċipaw f’kunċert li kellu lill-Prinċep Edward bħala mistieden ewlieni kif ukoll kantaw waqt servizz ta’ Inkurunazzjoni organizzat fil-lokalità tagħhom fl-okkażjoni tal-investitura tar-Re Karlu III.

It-tour fil-Gżejjer Maltin li se jkun bejn l-1 u t-3 ta’ Lulju u se jkun l-ewwel mawra barranija tal-kor wara ż-żjarat tagħhom fi Bruges u Venezja fl-2019.

Il-kor tal-bniet se jkun qed ikanta l-ewwel kunċert tiegħu fil-Bażilika ta’ San Duminku fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 1 ta’ Lulju fis-7.00pm.

It-tieni kunċert se jsir il-Ħadd 2 ta’ Lulju fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Margerita fis-Sannat Għawdex li jibda fis-7.45pm.

L-aħħar kunċert se jsir fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri f’San Pawl il-Baħar fis-6.45pm.

Id-dħul għall-kunċerti se jkun b’xejn u l-pubbliku huwa mistieden jattendi.

Sport