Friday, December 13, 2024

Malta tilqa’ l-Flotta tal-Yachting Malta Masters EurILCA

Aqra wkoll

L-avveniment Yachting Malta EurILCA Masters’ Series beda llum f’dik li kienet ġurnata ta’ sfida għall-ħmistax-il dgħajsa li ħadu sehem. Il-flotta rrappreżentat disa’ pajjiżi.

B’riħ li jlaħħaq sa 28 il-mil nawtiku fis-siegħa u b’imbatt qawwi barra mill-Port ta’ Marsamxett, il-Kumitat tat-Tellieqa ħa d-deċiżjoni li jibdel il-korsa tat-tellieqa f’żona aktar protetta ġewwa l-port. Din id-deċiżjoni fissret li l-korsa kellha titqassar xi ftit minħabba l-ispazju limitat f’Marsamxett.

Il-Klassi ILCA6 kienet l-akbar flotta fejn ħadu sehem 12-il dgħajsa, li ħadu sehem f’total ta’ tliet tiġrijiet. Wara t-tlielaq tallum, fil-quċċata tal-klassifikan l-Grand Master (Età 55-64) Ulf Myrin mill-Isvezja. Fit-tieni post hemm sieħbu mill-Irlanda Sean Craig, filwaqt li l-Great Grand Master (65+) Walt Spevak mill-Istati Uniti daħal fit-tielet post.

Il-flotta tal-ILCA7 rat tliet baħrin jieħdu sehem, il-Gran Mastru Taljan Roberto Bini qiegħed fuq quddiem.  Hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp bdew jiddeterjoraw aktar, l-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech iddeċieda li jtemm it-tlielaq għal ġurnata sabiex jidħlu lura fuq l-art.

Il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp huma mbassra li jippersistu sa tard għada. Dan jfisser li mhux se jkun hemm tlielaq is-Sibt iżda hemm il-possibbiltà li tlielaq isiru tard il-Ħadd filgħodu.

Il-Yachting Malta EurILCA Masters Series qed tiġi ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u sponsorjata minn Yachting Malta.

Ekonomija

Sport