Sunday, December 29, 2024

Malta tinsisti li l-KE jiddiskuti l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-sistemi tas-saħħa

Aqra wkoll

Malta se tkun wieħed mill-pajjiżi li tinsisti li fil-Kunsill Ewropew tas-Saħħa jkun hemm diskussjoni dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa taċ-ċittadini u fuq is-sistemi tas-saħħa. Dan saħqu d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt laqgħa tal-ministri tas-saħħa fi Spanja.

“Din il-laqgħa ġiet fil-mument opportun, meta l-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa qegħdin jesperjenzaw l-effetti tat-tibdil fil-klima fil-laħam il-ħaj”, qal Chris Fearne f’kummenti qabel bdiet il-laqgħa.

L-isfida tal-aċċessibilità għall-mediċini mill-istati membri kollha u l-użu tat-teknoloġija sabiex din l-isfida tkun indirizzata, kienu fost it-temi ewlenin ta’ din il-laqgħa. Id-deputat prim ministru ta l-eżempju tal-użu ta’ fuljetti diġitali bl-informazzjoni għall-pazjenti bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kollha. B’hekk, spjega d-deputat prim ministru, membri stati żgħar b’lingwi uniċi, bħalma hu l-każ ta’ pajjiżna, ikollhom l-istess aċċess għall-mediċini bħall-pajjiżi l-kbar.

Ekonomija

Sport