Saturday, May 18, 2024

Ħaddiema ta’ Infrastructure Malta jsibu xelter taħt l-art waqt xogħlijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Infrastructure Malta ħabbret li sabet xelter taħt l-art waqt xogħlijiet li ħaddiema tagħha kienu qed jagħmlu fi triq fil-Marsa.

Infrustructure Malta ħabbret fuq il-profil tagħha ta’ Facebook li wara s-sejba tax-xelter bdiet iddawwar id-direzzjoni tal-katusi tad-drenaġġ u s-servizzi tal-ilma ġodda tal-madwar lil hinn minn dan is-sit.

Hija żiedet li qed tiddiskuti mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex tiskopri iktar dwar l-użu ta’ dan ix-xelter u tagħraf kif l-aħjar li jitħares dan il-wirt storiku.

Sport