Monday, May 13, 2024

Kunċert ta’ Taylor Swift f’Seattle ġġenera attività sismika

Aqra wkoll

Il-kunċerti ta’ Taylor Swift fil-belt Amerikana ta’ Seattle iġġeneraw attività sismika ekwivalenti għal terremot ta’ 2.3 fuq l-iskala richter.

Skont is-Sismologu l-informazzjoni ġiet irreġistrata waqt il-prestazzjonijiet tat-tour Eras tal-kantata; li ttellgħu bejn it-22 u t-23 ta’ Lulju wara li l-biljetti tiegħu nħatfu kollha.

Jackie Caplan-Auerbach qalet li l-attività kienet ikkawżata mill-folla preżenti jew mis-sistema tas-sound.

L-ispettakli għelbu r-rekord preċedenti f’Seattle magħruf bħala “Beast Quake” li seħħ fl-2011. Dan kien iġġenerat minn partitarji tal-American Football li ntlagħbet bejn Seattle Seahawks u New Orleans Saints.

Sport