Malta qed tipprepara biex tospita Grupp 7 tal-Kwalifiki Ewropej ta’ Taħt id-19-il sena tal-UEFA … tournament eċċitanti li se jkun qed jinkludi fih talenti promettenti mill-Ukrajna, is-Slovakkja, il-Kosovo, u n-nazzjon ospitanti innifsu. Il-partiti huma skedati li jibdew għada, l-Erbgħa, 15 ta’ Novembru, u jibqgħu għaddejjin sal-21 ta’ Novembru, bil-partiti kollha jintlagħbu fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.
L-iskeda tal-partiti hija kif ġej:
Data: 15 ta’ Novembru 2023
Ħin: 11:00am
Post: Centenary Stadium
Timijiet: Ukrajna U19 v Malta U19
Data: 18 ta’ Novembru 2023
Ħin: 2.30pm
Post: Centenary Stadium
Timijiet: Slovakkja U19 v Malta U19
Data: 21 ta’ Novembru 2023
Ħin: 2.30pm
Post: Centenary Stadium
Timijiet: Malta U19 v Kosovo U19
Intant il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena Paul Gatt ħabbar l-għażla finali ta’ 21 plejer li se jieħdu sehem f’dan it-tournament. Il-lista hija din:
Goalkeepers – Luca Camilleri (Mosta FC), Reece Cutajar (Floriana FC), Jake Scicluna (Valletta FC)
Difensuri – Myron Micallef (San Gwann FC), Kelvin Baldacchino (Valletta FC), Ivin Farrugia (Pieta Hotspurs FC), Adnrew Apap Bologna (Loughborough FC – ENG), Sven Xerri (santa Luċija FC)
Midfielders – Kaydon Catania (Pieta Hotpurs FC), Isaiah Chuckunyere (Hibernians FC), Kian Vella (Hamrun Spartans FC), Kaiden Fenech (Birkirkara FC), Kian Leonardi (Pieta Hotspurs FC). Lucas Caruana (Hibernians FC), Matthias Fenech (San Gwann FC)
Attakkanti – Zak Barbara (Valletta FC), Ensell Attard (Mosta FC), Sean Gatt (Varzim S.C. – POR), Ethan Debono (Central Coast Mariners – AUS), Basil Tuma (Reading FC – ENG), Trezeguet Zammit (Hamrun Spartans FC)