Monday, May 13, 2024

L-iskwadra nazzjonali U/21 imqassra mill-kowċ nazzjonali

Aqra wkoll

Nhar il-Ħamis it-Tim tal-U21 jiffaċċja lill-Kazakstan fil-ħames konfront ta’ Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropea U21, qabel partita ta’ ħbiberija internazzjonali l-Ħadd hekk kif it-tim jaffronta lil-Litwanja. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fit-Tony Bezzina Stadium f’Raħal Ġdid.

L-iskwadra finali tara r-ritorn tal-attakkant ta’ Reading ibbażat barra minn xtutna Basil Tuma li tilef it-tieqa internazzjonalu ta’ Ottubru u t-telfiet kontra l-Belġju u l-Iskozja minħabba injury.

Id-difensur Jake Vassallo jirritorna f’din l-iskwadra finali tal-U21 wara li tħarreġ mat-tim tal-kbar fl-istadji bikrija ta’ din it-tieqa internazzjonali matul il-ġimgħa li għaddiet.

Din hija wkoll l-ewwel dehra fl-iskwadra għal Nick Cutajar ta’ Melita u Nathan Agius (Mosta FC). It-tnejn li huma għamluha fl-iskwadra proviżorja qabel u issa jmisshom li jingħaqdu mal-kumplament tal-iskwadra għal dan id-double header.

Jiżdiedu wkoll fil-lista finali Deacon Abela (Swieqi United), il-midfielder ta’ Zejtun Corinthians Bjorn Buhagiar, Matteo Gambin li jilgħab ma’ Birkirkara, u Shaisen Attard li jilgħab fl-ogħla livell tal-futbol Malti ma’ Gudja United.

Erba’ plejers se jkunu neqsin mill-iskwadra minħabba injury. Dawn huma Brooklyn Borg (Gzira United), id-duo ta’ Santa Lucia, Jed Valletta u Mattias Ellul, flimkien mad-difensur ta’ Pieta’ Hotspurs, Zean Leonardi.

L-iskwadra finali tal-Malta U21 Team f’dan il-waqfa internazzjonali ta’ Novembru hija din:-

GOALKEEPERS – Reeves Cini (Pietà Hotspurs FC), Matthias Debono (Naxxar Lions FC), Hugo Sacco (Eastern New Mexico Univ. – USA).

DIFENSURI – Matthew Ellul (Żabbar St.Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Owen Spiteri (Floriana FC), Deacon Abela (Swieqi United FC).

MIDFIELDERS – Jake Micallef (Leixoes S.C. – POR), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Andrew Borg (Gżira United FC), Bjorn Buhagiar (Żejtun Corinthians FC), Nick Cutajar (Melita FC), Nathan Agius (Mosta FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Matteo Gambin (Birkirkara FC), Karl Mohnani (Melita FC), Nikolai Micallef ((Naxxar Lions FC).

ATTAKKANTI – Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (A.S.C. Messina – ITA), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Shaisen Attard (Gudja United FC), Basil Tuma (Reading FC – ENG).

Sport