Saturday, May 4, 2024

Tinġabar is-somma sabiħa ta’ €11,800 b’risq Puttinu waqt carwash f’San Vinċenz 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fit-2 ta’ Novembru ġiet organizzata ġurnata carwash fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul 

Kull min ħa l-karozza tiegħu kien mitlub sabiex jagħti donazzjoni ċkejkna lil Puttinu Cares. Fuq il-paġna tal-midja soċjali, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li d-donazzjonijiet li n-nies taw waqt dan l-avveniment tela’ għas-somma sabiħa ta’ €11,800

Fl-istess messaġġ, huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha f’San Vinċenz li f’car wash li organizzaw ġabru din is-somma għal kawża ġusta. Temm jgħid li jawgur aktar inizjattivi ġenerużi b’risq Puttinu Cares.

Sport