Sunday, November 24, 2024

Malta tirreġistra l-ogħla żieda f’iljieli mqattgħin f’akkomodazzjonijiet turistiċi mill-pajjiżi kollha tal-UE

Aqra wkoll

Skont ċifri maħruġa mill-Eurostat, bejn Ġunju u Awwissu ta’ din is-sena Malta rreġistrat l-ogħla żieda f’iljieli mqattgħin f’akkomodazzjonijiet turistiċi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. 

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2020, Malta rreġistrat żieda ta’ kważi 120% segwita minn Spanja u l-Greċja b’100% rispettivament. 

Iż-żieda li esperjenza pajjiżna fl-ammont ta’ turisti li jqattgħu ljieli fil-gżejjer Maltin tiżboq il-medja Ewropea ta’ 20%. Dan ifisser li ż-żieda kienet ta’ sitt darbiet iktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea. 

In-numru ta’ ljieli li qattgħu turisti fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika bejn Ġunju u Awwissu ta’ din is-sena żdied fi kważi l-istati membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Latvja.

Sport