Saturday, December 21, 2024

Malta u Għawdex jingħataw żewġ siġġijiet globali mill-G100

Aqra wkoll

Il-G100 huwa grupp ta’ 100 mara mexxejja minn madwar id-dinja, f’100 settur differenti li jaħdmu biex iqajmu l-għarfien u jkollhom impatt fuq gvernijiet u organizzazzjonijiet globali sabiex ikun hemm futur indaqs ta’ parità u ugwaljanza bejn is-sessi bi ħsibijiet fit-tmexxija. Il-G100 huwa azzjoni u think tank li għandu intenzjoni globali li jaħdem favur il-paċi, parità u prosperità għal kulħadd. Din il-viżjoni u l-kunċett minn Dr Harbeen Arora, il-Fundattriċi ta’ WICCI Globali, tal-G100 tagħti poter ta’ siġġu lil kull pajjiż minn 155 pajjiż li ffirma l-UN Agenda 2030, fl-2015.


Malta ngħatat s-siġġu Globali fis-settur tad-diplomazija u ngħatat lil pajjiżna minħabba li nħaddnu l-politika newtrali. Barra minn hekk, mill-pajjiżi kollha, Malta u Għawdex ġew ipprivileġġjati billi ngħataw it-tieni siġġu li jissejjaħ il-‘Country Chair’. L-ebda pajjiż ma ngħata dan il-privileġġ u ser ikun immexxi wkoll mis-Sinjura Jane Chircop, il-kandidata indipendenti li tmexxi moviment ta’ nisa b’tim ta’ Viċi President u 22 Kunsilliera Maltin esperti fl-oqsma tagħhom. Il-President trid tapponta 100 mara nazzjonali kif ukoll internazzjonali fil-qasam tad-diplomazija fejn flimkien dawn ser ikunu qed jibnu mudell tad-diplomazija għal politika ġdida.

Għal min jixtieq jissieħeb u għandu kapaċitajiet li bihom jista’ jagħti kontribut fid-diplomazija għandu juri l-interess tiegħu billi jibgħat CV personali lil [email protected]

Kull applikazzjoni se titqies b’mod kunfidenzjali.

Ekonomija

Sport