Friday, April 26, 2024

Malta u l-Estonja jaqblu dwar sfidi komuni

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin  tal-Estonja Eva Maria Liimets kellhom taħditiet dwar is-sigurtà fl-Ewropa u fil-Mediterran f’laqgħat  f’Tallin, il-belt kapitali tal-Estonja. Iż-żewġ Ministri tkellmu dwar l-isfidi komuni li għandhom iż żewġ pajjiżi anki minħabba d-daqs tagħhom. Ġiet diskussa s-sitwazzjoni politika u ġeografika taż żewġ pajjiżi u l-ibħra tal-madwar il-Baltiku u l-Mediterran. Kien hemm qbil li qawwiet kbar  m’għandhomx jimponu lilhom infushom fuq pajjiżi żgħar u li l-popli tagħhom għandhom dritt jagħżlu  b’mod ħieles x’ħajja jgħixu. Il-Ministri Bartolo u Liimets qablu li ż-żewġ pajjiżi għandhom x’joffru  fil-qasam tat-turiżmu, turiżmu sportiv, edukazzjoni, saħħa, gastronomija, informazzjoni diġitali,  kultura u sport. Il-Ministru Bartolo kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur Malti għall-Estonja Kenneth  Vella. 

F’għeluq it-tletin sena mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Estonja, il-Ministru Bartolo inawgura l-uffiċċji l-ġodda tal-konsulat Malti f’Tallinn. Il-Konsulat Malti fl-Estonja qiegħed  iservi biex jiffaċilita l-kuntatt bejn iż-żewġ pajjiżi. Saret riferenza għat-titjiriet diretti ta’ kull nhar ta’  Hamis imwaqqfa bejn iz-zewg pajjizi dan l-ahhar permezz ta’ Malta Air li qieghed jiffacilitaw din il kollaborazzjoni u l-ivvjaggar bejn il-pajjizi. Saru diskorsi minn Aku Sorainen, il-Konslu Malti, il Ministru Evarist Bartolo, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Estonja Liimets u Kenneth Vella,  Ambaxxatur ta’ Malta ghall-Estonja.  

Il-Ministru Bartolo kellu laqgħa ma’ Marko Mihkelson, chairman tal-Kumitat tal-Affarjiet Barranin  fi hdan il-Parlament Estonjan, Riigikogu, Tallinn. Ġie diskuss ir-rwol tal-kumitat, il-ħidma li ssir bejn  il-membri tal-kumitat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Estonjan, is-sitwazzjoni politika fl-Ewropa  u dik internazzjonali, il-ħidma taż-żewġ pajjiżi biex ikun hemm progress fl-Afrika u l-ħajja tal-poplu  Afrikan.  

Il-Ministru Bartolo ltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Edukazzjoni Liina Kersna fil-belt ta’ Tartu. Ġew  diskussi l-iżvilupp tal-edukazzjoni u s-sistema edukattiva fiż-żewġ pajjiżi. Iż-żewġ pajjiżi diġà qegħdin jikkollaboraw f’dan il-qasam fosthom bl-introduzzjoni tar-risors Estonjan 99math f’pajjiżna u ż-żewġ Ministri tkellmu qsim ta’ ideat bejn edukaturi u kif tista’ tiżdied l-kollaborazzjoni fis-snin  li ġejjin. 

Il-Ministru Bartolo ltaqa’ wkoll mal-Professur Toomas Asser, Rettur tal-Università ta’ Tartu. Il Ministru Bartolo sostna li bħala pajjiż, Malta għandna tibda tħares aktar lejn il-mudell u s-suċċess tal Estonja f’dan il-qasam fl-aħħar snin. F’Malta għandu jkun hemm aktar promozzjoni ta’ kif l-Estonja tista’ tkun ukoll ċentru ta’ studju f’livell terzjarju f’ċertu suġġetti għall-istudenti tagħna, speċjalment  f’livell ta’ Masters u Dottorat. 

Il-Professur Asser tkellem dwar l-istorja, ir-reputazzjoni, l-organizzazzjoni tal-Università li hi fost l aqwa mija fid-dinja u l-aqwa fil-pajjiz. Il-Professur Asser ikkonferma li wara laqgħat li saru fl-aħħar  xhur, l-Università se tkun qed toffri b’xejn għall-ewwel darba numru ta’ korsijiet online akkreditati  anki lil studenti Maltin filwaqt li se jibda wkoll kuntatt biex ikun hemm kollaborazzjoni bejn il Fakultà tal-Edukazzjoni ta’ din l-Università u dik fi ħdan l-Università ta’ Malta. 

Il-Ministru Bartolo ltaqa’ wkoll ma’ Urmas Klaas, Sindku ta’ Tartu fejn iddisktew l-amministrazzjoni  ta’ gvernijiet lokali fl-Estonja u f’Malta. Kien hemm qbil li Tartu, it-tieni l-akbar belt fil-pajjiż u belt  universitarja, hija waħda li għandha ħafna x’toffri u għandha ssir ħidma biex tiġi promossa anki  f’Malta. Issemmiet ukoll il-possibilità li jkun hemm ġemellaġġ ma’ belt jew raħal Malti.  

Il-Ministru Bartolo żar ukoll E Estonia, l-Aġenzija Diġitali tal-Estonja magħrufa mad-dinja kollha  għal kif tmexxi l-iżvilupp digitali tal-pajjiż u fi proġetti fil-bqija tad-dinja, il-Mużew Nazzjonali tal Istorja u l-Mużew tal-Arti Kumu.

Sport