Friday, April 26, 2024

F1: Verstappen fil-pole position ta’ Abu Dhabi

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wie­ħed, Max Verstappen, irreġistra l-aktar pole position importanti tal- karriera tiegħu hekk kif illum se jsir l-aħħar Grand Prix tal-istaġun, f’Abu Dhabi, biex jiġi deċiż il-kampjonat, bir-rival dirett tiegħu, il-Britanniku Lewis Hamilton, se jibda mit-tieni po­żizzjoni.

Verstappen irreġistra ħin ta’ minuta u 22.109 sekondi kontra l-minuta u 22.480 sekonki ta’ Hamilton.

Mit-tielet pożizzjoni se jibda l-Britanniku Lando Norris (McLaren) segwit mill-Messikan Sergio Perez (Red Bull), l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u l-Finlandiż Valtteri Bottas (Mercedes).

Bħalissa Verstappen u Hamilton jin­sabu bl-istess ammont ta’ punti – 369.5 iżda Verstappen jinsab fuq quddiem għax rebaħ tiġrija aktar minn Hamilton. 

Sport