Saturday, November 23, 2024

“Malta u l-Ewropa baqgħu jħarsu waqt li immigranti tilfu ħajjithom u oħrajn ppruvaw ineħħu ħajjithom fi stat ta’ disperament” – Alarm Phone

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Umanitarja Alarm Phone qiegħda tkompli tagħmel pressjoni biex pajjiżna jaċċetta li jdaħħal l-immigranti li qed jitħallew fuq bastimenti barra mill-kosta.

Alarm Phone qiegħda ssostni li xi immigranti rnexxielhom jagħmlu kuntatt u qalulhom li filwaqt li xi uħud minnhom bdew strajk tal-ġuħ, oħrajn ppruvaw ineħħu ħajjithom fi stat ta’ disperament.

L-organizzazzjoni qiegħda tqis dan it-trattament bħala “priġunerija inumana”.

Intant rigward rapport ta’ 12-il persuna li tilfu ħajjithom minħabba d-deċiżjoni li ħa l-gvern Malti biex jgħin lil dawn l-immigranti ’l barra mill-kosta, l-istess organizzazzjoni qalet li filwaqt li dan kien qiegħed iseħħ “Malta u l-Ewropa baqgħu jħarsu”.

Sport