Monday, November 11, 2024

Malta Veterans: Jingħata bidu għad-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

Erba’ timijiet qatgħu passaġġ għas-semifinali tad-David Cluett Memorial Cup, kompetizzjoni organizzata mill-Malta Veterans Association.

Fil-fażi tal-kwarti tal-finali, spikkat ir-rebħa kbira ta’ 9-1 li Gżira United kisbu fuq il-liders tal-kampjonat Żejtun Red Stars.

Rebħa oħra tajba kisbuha Rabat Veterans li għelbu lil Luxol St Andrews 6-1.

Żurrieq Wolves li ssoprendew lil MFPA u rebħulhom 3-0.

Finalment, Birkirkara St Helens ikkonfermaw il-mument tajjeb li għaddejjin minnu wara li kisbu riżultat pożittiv ta’ 7-3 kontra Pieta’ Hotspurs.

Sadanittant il-qligħ kollu minn din il-kompetizzjoni se jmur kollu għal Community Chest Fund. Għal din l-okkażjoni l-president ta’ Malta George Vella kien preżenti għal din il-kompetizzjoni fil-preżenza tal-president tal-Malta Veterans Association Malcolm Camilleri u Carlos Cluett, ħu l-mibki goalkeeper David Cluett li għalih ġiet dedikata din il-kompetizzjoni.

F’diskors tal-okkażjoni l-president ta’ Malta faħħar l-inizjattiva u rringrazzja lil din l-assoċjazzjoni għall-għotja finanzjarja li se tkun qed tagħti.

Sport