Wednesday, March 27, 2024

Futsal: Felipe Molina jirbaħ l-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Novembru

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ Swieqi Futsal Felipe Molina hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Novembru.

Molina, li hu plejer Kolombjan ta’ 22 sena, ingħaqad ma’ Swieqi fil-bidu ta’ dan l-istaġun wara perjodu jilgħab ma’ Valletta. Hu kien fundamentali għat-tim tiegħu matul ix-xahar li għadda hekk kif skorja seba’ gowls u xpruna lit-tim għall-ewwel pożizzjonijiet tal-klassifika. 
Fatt kurjuż hu li Molina ftit li xejn lagħab futbol f’pajjiżu minħabba li iktar kien miġbud lejn il-futsal.

Il-preżentazzjoni lil Molina saret mill-kap eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop fil-preżenza tal-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.

Ekonomija

Sport