Sunday, December 22, 2024

Malta Veterans: Ronnie Hartvig strumentali fl-ewwel rebħa ta’ Luxol

Aqra wkoll

Ronnie Hartvig kien strumentali għal Luxol St Andrews hekk kif skorja tliet gowls fir-rebħa tajba li kellhom kontra Rabat Veterans bl-iskor ta’ 4-3 wara li ntlagħbet ġurnata oħra mill-kampjonat KIA Malta Veterans Association.

Inċidentalment, din kienet l-ewwel rebħa fil-kampjonat għat-tim minn St Andrews hekk kif baqa’ jemmen sal-aħħar li jista’ jikseb l-ewwel tliet punti tal-istaġun.

Min-naħa tagħhom, Rabat kellhom wirja verament tajba u kienu żvinturati li ma ħarġux b’punt minn din il-partita.

Hekk kif Hartvig skorja hat-trick, Luke Satariano wkoll niżżel ismu fost l-iskorers għal Luxol.

Ir-Rabtin irrispondew b’doppjetta ta’ Justin Felice u gowl ieħor ta’ Christian Muscat.

Anke Pieta’ setgħu jiċċelebraw l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2. Il-Hotspurs kienu determinati li jasal l-ewwel suċċess staġjonali b’Luis Lopez li kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Jeffrey Chetcuti u Lawrence Vella wkoll sabu x-xibka.

Żurrieq naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Roderick Caruana u Jurgen Mifsud.

KLASSIFIKA – VMFA Kia Premier League: 

MFPA 9 Żejtun Red Stars 7, Gżira United, Birkirkara St Helens 6, Rabat Veterans , Pieta’ Hotspurs, Luxol St Andrews 4, Żurrieq Wolves 0 

Ekonomija

Sport