Wednesday, December 25, 2024

Maltco Lotteries tirbaħ erba’ premjijiet prestiġġjużi

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-sitt edizzjoni tal-Malta’s Excellence Gaming Awards saret il-Ġimgħa filgħaxija, 16 ta’ Lulju.  Dawn il-premjijiet saru wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi u mfittxija fl-industrija tal-logħob.

Fi stqarrija, il-kumpanija Maltco Lotteries qalet li tħossha onorata li ġiet innominata u li rebħet diversi premjijiet għat-tieni sena konsekuttiva. Il-kumpanija ġiet ippremjata b’erba’ premjijiet prestiġjużi ħafna fosthom ‘l-Aħjar Post tax-Xogħol f’Malta’ u l-iktar premju distint tal-avveniment MiGEA – ‘Lifetime Achievement Award’ li ntrebaħ mill-Uffiċjal Kap Finanzjarju tal-Maltco Lino Micallef Borg.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco Lotteries is-Sur Vasileios Kasiotakis qal li dan kollu kien tassew ta’ sodisfazzjon u esprima l-apprezzament tiegħu li x-xogħol imwettaq mill-impjegati kollha tal-Maltco ġie rikonoxxut.

Is-Sur Vasileios qal li l-valuri ewlenin tal-kumpanija tagħhom, fosthom tal-fiduċja u l-immaġinazzjoni, dejjem kienu minn ta’ quddiem fl-azzjonijiet kollha tagħhom biex ikunu fil-pożizzjoni ta’ tmexxija, kemm bħala persuna li timpjega, kif ukoll permezz tal-mod ta’ operazzjoni, servizz u divertiment b’mod responsabbli u rispettuż.

Is-Sur Lino Micallef Borg, is-CFO ta’ Maltco ħassu onorat u kuntent ħafna li rċieva l-‘ Lifetime Achievement Award’. F’isem il-kumpanija, huwa qal li jinsabu kuntenti li l-isforz, id-dixxiplina u l-inizjattivi kollha meħuda mill-kumpanija, biex tkompli topera f’dawn iż-żminijiet bla preċedent, ġew rikonoxxuti.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected], iżur il-websajt tal-kumpanija, il-paġni tal-midja soċjali jew iċempel fuq il-Helpline tal-Maltco li huwa 23883333.

Ekonomija

Sport