Saturday, December 21, 2024

Malti jinqabad jipprova jdaħħal €115,000 flus kontanti fi Sqallija

Aqra wkoll

Il-Guardia di Finanza qabdet Malti jipprova jdaħħal fl-Italja aktar minn €115,000 fi flus kontanti.

L-awtoritajiet Taljani qalu li l-Malti għandu 47 sena u nqabad jipprova jagħmel dan mill-port ta’ Katanja, fi Sqallija.

Ingħad kif il-Malti ġie arrestat waqt spezzjonijiet ta’ rutina li kienet qed titwettaq tal-karozzi li bdew neżlin minn fuq il-vapur.

Il-Malti beda jaġixxi b’mod suspettuż u dan wassal lill-uffiċjali tal-port biex jagħmlulu tfittxija fil-karozza tiegħu.

Kien hawnhekk li l-Pulizija Taljan sabet baskett mimli bil-flus kontanti moħbija fil-karozza.

Ekonomija

Sport