Friday, November 13, 2026
Home Sport Maltin itemmu l-Kampjonati Ewropej taċ-Chess taż-Żgħażagħ 2026

Maltin itemmu l-Kampjonati Ewropej taċ-Chess taż-Żgħażagħ 2026

0
60

Il-Kampjonati Ewropej taċ-Chess taż-Żgħażagħ 2026 ġew fi tmiemhom f’Hersonissos, Kreta, il-Greċja. F’dan l-avveniment, seba’ plejers żgħażagħ irrappreżentaw lil Malta f’disa’ rawnds taċ-Chess klassiku, fejn ikkompetew kontra wħud mill-aktar plejers żgħażagħ b’saħħithom fl-Ewropa.

Ir-riżultati finali tal-plejers Maltin:

CM Matthew Portelli – Open U16 | 4.5/9

Keshav Reyansh – Open U12 | 3.5/9

Elena Borg Mercieca – Bniet U12 | 3/9

Yunlong Wang – Bniet U14 | 3/9

George Borg Mercieca – Open U10 | 3/9

Thomas Azzopardi – Open U10 | 2.5/9

Matthew Callus – Open U14 | 2/9

Id-delegazzjoni Maltija kienet akkumpanjata minn CM Robert Novak, li serva bħala Kap tad-Delegazzjoni, filwaqt li l-President tal-Federazzjoni Maltija taċ-Chess, CM Duncan Vella, kien preżenti wkoll f’kapaċità uffiċjali bħala arbitru tat-turnew.

Fi stqarrija, il-Federazzjoni maltija taċ-Chess qalet li: “Aħna kburin bis-seba’ plejers kollha talli rrappreżentaw lil Malta f’livell tant għoli ta’ kompetizzjoni. Li tiffaċċja wħud mill-aqwa plejers taċ-ċess żgħażagħ fl-Ewropa mhix biċċa xogħol faċli; kull wieħed minnhom kiseb esperjenza li bla dubju se tikkontribwixxi għall-progress tagħhom.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here